Xadina tħalli madwar 50,000 persuna bla dawl!

  • Lul 17, 2017 17:56
  • Miktub minn iNews

    Xadina fiż-Żambja ħalliet madwar 50,000 persuna fin-naħa t’isfel tal-pajjiż bla dawl  wara li ħaditha qatta bla ħabel mal-kejbils.

    Dan kollu ġara l-Ħadd li għadda meta x-xadina xxabbtet mal-powerstation u bdiet tiġbed fil-kejbils tad-dawl.

    Kelliem għall-kumpanija tal-elettriku qal li x-xadina rnexxiela ssalva minkejja xokk qawwi li l-uman żgur li ma kienx jiflaħ għalih. “Din kienet tkun bħal prosekuzzjoni li kieku minflok ix-xadina kien hemm bniedem.” Huwa żied jgħid li x-xadina kienet salvata minn organizzazzjoni tal-annimali u mistennija tirkupra minkejja l-ġrieħi li ġarrbet.

    Inċident simili seħħ is-sena li għaddiet wara li xadina kienet il-kawża ta’ dlam ċappa fil-Kenja.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook