"Din ċucata kbira"... Marlene Farrugia tgħid li "sa issa ma feġġ ħadd li jista' jgħaqqad lill-PN"

  • Lul 17, 2017 16:16
  • Miktub minn iNews

    Id-Deputat Marlene Farrugia qalet li sa issa m’hemm l-ebda kandidat tajjeb minn fost dawk li ippreżentaw isimhom għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

    Fl-ewwel jum li fetħu n-nomini u f’mument fejn il-kandidati kkonfermati huma tlieta, Farrugia fuq il-profil tal-Facebook tagħha kitbet li biex l-oppozizzjoni tkun b’ saħħitha, jeħtieġ ikun hemm mexxej b’ saħħtu li jgħaqqad lill-Partit Nazzjonalista u jibni il-pontijiet ma’ kull saff tas-soċjetà.

    “Sa issa ma feġġ ħadd li jidher li jista’ jagħmel dan u dawk li hemm wara l-kwinti jaħsbuha u li nafu bihom huma non-starters ukoll,” qalet Farrugia li żiedet li l-aħjar fiċ-ċirkostanzi li l-PN ibiddel l-istatut halli l-Kap jagħżluh il-membri kollha mill-ewwel u mhux jibdew bl-għażla l-Kunsillieri biss .

    Hekk jigi evitat aktar sfreġju u jinqatgħu l-klikek li qed ikomplu jifnu lill-partit, kompla jingħad.

    Kull kandidat, kunsillier jew deputat PN għandu jkollu l-opportunità li jikkontesta, kemm jekk hu membru u kemm jekk mhuwhiex. “Din ċucata kbira li jekk hemm xi ħadd kapaċi jitħalla barra għax mhux membru, ġa la darba jkun pprova lilu nnifsu fil-mument tal-prova,” qalet Marlene Farrugia li tenniet li ħolqot il-PD biex isservi lill-pajjiż.

    “Jeħtieġ kuraġġ kbir biex l-Oppożizzjoni, sa issa magħmula minn żewġ partiti, tiehu l-passi li hemm bżonn tieħu,” qalet Farrugia.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0