L-FKNK se tipparteċipa f’konferenza dwar il-kaċċaturi żgħażagħ fi Brussell

  • Lul 17, 2017 15:58
  • Miktub minn iNews

    Il-Federazzjoni tal-Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) se tkun qed tipparteċipa f’konferenza u f’wirja li se tindirizza l-irwol tal-kaċċaturi żgħażagħ fil-konservazzjoni tan-natura, li se jsiru fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell. 

    Il-konferenza intitolata “Young Hunters: Securing a future for Europe’s biodiversity” qed tiġi organizzata flimkien mal-40 anniversarju tal-Federazzjoni tal-Assoċjazzjonijiet għall-Kaċċa u l-Konservazzjoni tal-Unjoni Ewropea (FACE) u se ssir nhar is-6 ta’ Settembru.

    Bl-attenzjoni tkun fuq il-kaċċaturi żgħażagħ, il-membri tal-panel se jkunu qed jiddiskutu l-futur tal-kaċċa f’dinja li kulma jmur qed issir dejjem aktar urbanizzata kif ukoll il-kontribut tal-kaċċaturi Ewropej għall-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità sal-2020. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook