“Veru li t-tabella qabdet titqaxxar imma l-kliem ta’ fuqha għadu jinqara tajjeb"... jilmenta dwar sidien li "kkapparraw il-bankina"

  • Lul 17, 2017 16:55
  • Miktub minn iNews

    “Veru li t-tabella qabdet titqaxxar imma l-kliem ta’ fuqha għadu jinqara tajjeb… TARMIX ŻIBEL HAWN.” Hekk beda biex jgħid raġel residenti l-Imġarr li bagħtilna dan ir-ritratt sabiex jiġbed l-attenzjoni dwar Triq il-Kbira fl-Imġarr Malta.

    “Kulħadd irid jaqla’ lira, imma ma jistax ikun li biex tagħmel dan tiskomoda lil ħaddieħor billi tikkapparra l-bankina biż-żibel li mhux biss iħalli riħa li ma tissaportijiex, iżda saħansitra jħalli bankini suwed kawża tal-fdalijiet li joħorġu mill-boroż.” Huwa spjega kif minkejja li hija verità li din hija triq li tinkludi diversi ħwienet u  ristoranti, xena bħal din hija xi ħaġa inaċċettabbli. Qal li bniedem ma jistax jgħaddi minn fuq il-bankina kawża tal-ħmieġ li jintrema barra. Qalilna wkoll kif dan iż-żibel ikun fih fdalijiet tal-ikel u b’hekk mhux biss jattira l-insetti u l-annimali imma li dawn saħansitra dawn l-annimali jferrxu l-istess fdalijiet u jħallu din is-sitwazzjoni li tidher f’dan ir-ritratt. 

    Huwa kkonkluda jgħid li dan juri nuqqas ta’ responsabbilità għax is-sidien ta’ dawn il-ħwienet għandu jkollhom ‘skips’ żgħar apposta sabiex b’hekk din il-bankina terġa’ tkun aċċessibbli għar-residenti u dawk kollha li jżuru l-lokalità.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0