L-Università ta’ Malta u l-MCAST jiffirmaw Memorandum ta’ Ftehim (MOU) dwar l-Edukazzjoni u l-Kura fit-Tfulija Bikrija

  • Lul 17, 2017 13:16
  • Miktub minn iNews

    L-Università ta’ Malta (UM) u l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) iffirmaw Ftehim fil-qasam l-Edukazzjoni u l-Kura fit-Tfulija Bikrija. Dan il-MoU ser iservi biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet f’dan il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni kif ukoll jippermetti il-progressjoni tal-istudent mill-Istitut tas-Servizzi fil-Komunità fl-MCAST għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fit-Tfulija Bikrija u dik Primarja fil-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università. 

    Il-Ftehim ikompli x-xogħol li sar fil-passat, li minnu, diversi studenti tal-MCAST komplew l-istudji tagħhom fl-Edukazzjoni.  Issa dan jippermetti lil dawk l-istudenti tal-MCAST li jiggradwaw b’Diploma Ogħla fl-Istudji Avvanzati fis-Snin Bikrin, biex jirreġistraw fit-tielet u l-aħħar sena tal-kors il-ġdid għall-B.A.(Hons) mill-Università, fl-Edukazzjoni u l-Kura fit-Tfulija Bikrija.  Min jiggradwa minn dan il-kors ikun eliġibbli għal impjieg fis-settur tal-Kindergarten u hemm ukoll il-possibbiltà li jkun jista’ jipproċedi għall-Master fit-Tagħlim (Edukazzjoni Bikrija u Primarja) biex jikkwalifika bħala għalliem fil-Primarja.

    Il-Ftehim intlaħaq wara diskussjonijiet estensivi bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, li fihom il-perspettivi differenti u l-opportunitajiet għal edukazzjoni terzjarja offruti mill-Università u l-MCAST tjiebu.  Il-Ftehim jestendi wkoll għal oqsma oħra ta’ kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Kura fit-Tfulija Bikrija u l-Istitut tas-Servizzi fil-Komunità, u jinkludi inizjattivi bħal sessjonijiet konġunti ta’ żvilupp professjonali kontinwu u l-iskambju ta’ proċeduri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità li jippromwovu fiduċja reċiproka.  Dan huwa wkoll xhieda tal-kollaborazzjoni produttiva bejn il-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-MCAST, li qiegħda wkoll tiġi utilizzata fil-qasam tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u t-Taħriġ.

    L-MoU kien iffirmat mir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred J. Vella, u Dr Silvio De Bono, President tal-Bord tal-Gvernaturi, il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija, fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, l-Onor. Evarist Bartolo.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook