Is-37 edizzjoni tal-Farsons Beer Festival

  • Lul 17, 2017 11:30
  • Miktub minn iNews

    Reġgħet waslet l-akbar ċelebrazzjoni Maltija tas-sajf, li din is-sena tidħol fis-37 edizzjoni tagħha. Il-Farsons Beer Festival se jkun mifrux fuq 10 ijiem, mill-Ġimgħa 28 ta’ Lulju sal-Ħadd 6 ta’ Awwissu, u se joffri mill-ġdid festa tal-aħjar birer, ikel u divertiment fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali. 

    Dan hu l-iżjed avveniment annwali mistenni f’Malta matul is-sajf u ta’ kull filgħaxija jiġbor eluf ta’ nies. Għal darb’oħra, il-festival se jinkludi ’l fuq minn 70 artist u wirjiet lokali, mhux inqas minn 50 birra lokali u internazzjonali, u żona rinnovata b’għażla mifruxa ta’ ikel.

    L-għażla wiesgħa ta’ birer lokali u internazzjonali, ħafna minnhom rebbieħa ta’ premjijiet differenti, hi l-qofol tal-festival. Din tinkludi l-marki lokali Cisk u l-Farsons Classic Brews, il-marki internazzjonali Carlsberg, Budweiser, Corona u Guinness, u craft u speciality birer internazzjonali, bħal St Austell, Leffe, u Baladin. Is-ciders internazzjonali Bulmer’s u Strongbow jagħmlu l-għażla kompluta.

    Is-Sur Adolf Vella, Business Support Manager ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qal li, “B’aktar minn 70 wirja mifruxa fuq tliet palkijiet, il-festival ta’ din is-sena għandu dik ix-xi ħaġa ftit aktar speċjali. Il-gruppi mużikali ta’ din is-sena huma kollha lokali u rajna li kemm jista’ jkun inkopru ġeneri differenti mix-xena mużikali lokali. Mill-mużika pop, rock u indie għal ska, punk u reggae, kif ukoll jazz, u ħafna wirjiet akustiċi. Fl-ispettaklu ta’ din is-sena hemm xi ħaġa għal kulħadd. Għaxart ijiem tal-aħjar mużika diretta mill-aqwa artisti lokali li se jingħaqdu fil-Farsons Beer Festival ta’ din is-sena.”

    Susan Weenink Camilleri, Head of Marketing & Communications ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qalet: “Sa mill-ewwel edizzjoni tal-festival fl-1981, dejjem stinkajna biex intejbu dan l-avveniment ħalli l-eluf ta’ viżitaturi li niġbdu kull sena jkollhom esperjenza awtentika u pjaċevoli. L-attendenza rekord ta’ kuljum, sena wara l-oħra, hi xhieda tas-suċċess u ta’ kemm il-Farsons Beer Festival baqa’ jappella lin-nies. Id-dħul għall-festival hu bla ħlas. Dan hu mod tajjeb kif nagħtu xi ħaġa lura lill-klijenti u l-konsumaturi leali li jappoġġjaw il-marki tal-birer tagħna billi jikkunsmawhom matul is-sena.”

    Iż-żona tal-ikel din is-sena ġiet irranġata u issa tinkludi għażla ta’ restoranti popolari bħal The Pulled Meat Company, Gate of India, New York Best, Bad Ass Burgers, Mad Hatter minn TexMex u ħafna aktar.

    Barra minn hekk, din is-sena saru arranġamenti speċjali mal-Malta Public Transport għal rotot diretti u tard billejl biex nassiguraw li jkun hemm aktar aċċessibbiltà għall-festival. 

    Il-bibien jiftħu fit-8pm kuljum. Id-dħul hu b’xejn u m’hemmx bżonn biljetti. Għal aktar tagħrif, aħbarijiet u aġġornamenti idħol fis-sit: www.farsonsbeerfestival.com jew segwina fuq  www.facebook.com/thefarsonsbeerfestival u https://www.instagram.com/farsonsbeerfestival/

    Il-Farsons Beer Festival hu sponsorjat mill-Vodafone u appoġġjat minn XFM 100.2 u Wall’s Ice Cream.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook