"Il-PL ma jistħoqqlux li jmexxi lil pajjiżna"... Thake mhuwiex se jikkontesta l-elezzjoni tal-kap tal-PN

  • Lul 17, 2017 10:54
  • Miktub minn iNews

    David Thake ftit tal-minuti ilu qal li huwa ma kellu l-ebda interess għal “glorja personali”, iżda kkontempla dwar in-nomina tal-kanditatura tiegħu għal kap tal-Partit Nazzjonalista għax iħobb lil pajjiżu u għaliex jemmen li l-Partit Laburista ma jistħoqqlux li jkun qed imexxi pajjiżna u li l-Partit Nazzjonalista għandu jsir partit b’saħħtu bħala gvern alternattiv li fih kulħadd iħossu komdu li dan huwa partit li se jibża’ għalih.

    Thake qal li huwa jaf li dan il-partit għandu problemi li jeħtieġ li jissolvew u li dan kien wieħed mill-fatturi li mbuttah biex jikkunsidra din ir-responsabbiltà.

    Thake kkonkluda jgħid li huwa mhuwiex se jikkontesta l-elezzjoni ta’ kap tal-partit u filwaqt li rringrazzja lil min inkoraġġieh biex jagħmel dan il-pass u kkonferma li mhuwiex se jagħmlu għaliex jemmen li jkun prużuntuż li wieħed jagħmel dan il-pass meta jaf li hemm persuni li għandu l-istess ħsibijiet tiegħu, iżda li qiegħed f’pożizzjoni aħjar li jwettaqhom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook