“Il-Partit kien spoilt for choice … Se nkomplu naħdmu biex inwettqu aktar bidliet”

  • Lul 16, 2017 10:49
  • Miktub minn iNews

    F’intervent telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat awgura lid-Deputat Mexxej għall-Affarijet tal-Parlament Chris Fearne li issa se jkun maħtur Deputat Prim Ministru. Filwaqt li rringrazzja wkoll liż-żewġ kandidati l-oħra, Edward Scicluna u Helena Dalli, Dr Muscat stqarr li l-Partit Laburista kien spoilt for choice, fejn tagħżel lil min tagħżel kienet se tkun l-għażla t-tajba. Inħares ‘il quddiem sabiex inkompli naħdem ma’ Chris Fearne li se jingħaqad miegħi u Chris Cardona fit-tmexxija tal-Partit Laburista, saħaq il-Mexxej Laburista.

    Joseph Muscat irringrazzja lid-delegati tal-parteċipazzjoni tagħhom.

    “Aħna se nkomplu naħdmu biex inwettqu aktar bidliet. Il-bidla li se mmexxu 'l quddiem bħala Partit Laburista hija l-ammont ta’ nisa fil-politika speċjalment meta fl-aħħar elezzjoni ġenerali n-numru ta’ nisa eletti kienet xi ħaġa diżappuntanti,” spjega l-Prim Ministri. Huwa qal li din il-bidla se ssir fuq żewġ binarji, l-ewwel lok huwa f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwoti, fejn wara li tgħaddi l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, niftħu diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni. It-tieni lok huwa l-pjan LEAD li kien imniedi fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja u li se jitmexxa minn Miriam Dalli, qal il-Mexxej Laburista.

    Dan il-pjan ta’ 10 snin għandu l-mira  li sal-elezzjoni tal-2027, nofs il-kandidati kollha tal-Partit Laburista jkunu nisa. Joseph Muscat sqtarr li hemm bżonn culture change u tenna li dawk it-tfajliet kollha li se jkunu interessati se jkunu qed jirċievu għajnuna fuq diversi binarji sabiex ikunu preparati bl-aħjar mod. Dr Muscat semma wkoll il-ħtieġa ta’ diskussjoni dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Parlament u fakkar kif fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, se jkun hemm żewġ bidliet kbar, il-bidla sabiex jiddaħħlu l-kwoti u l-fatt li żgħażagħ ta’ 16 –il sena jivvutaw.

    Fl-aħħarnett il-Prim Ministru għamel referenza għal Jum Storiku ta’ nhar l-Erbgħa bid-dħul tal-liġi tal-Ugwaljanza fejn bħala Partit Laburista konna fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Dr Muscat semma wkoll il-bidla interna fi ħdan il-Partit Laburista sabiex is-sezzjoni LGBT Labour issa saret tissejjaħ Equality Labour, sezzjoni li se titmexxa minn Clayton Cutajar.

    Dr Muscat tkellem ukoll fuq ir-riżultati fil-qasam tax-xogħol li ssoktaw din il-ġimgħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0