Busuttil jinsisti li mhux se jikkontesta għat-tmexxija tal-PN … Jisħaq li l-PN irid ikun lest għal meta ċ-ċiklu politiku jerġa' jiġi favurih

  • Lul 16, 2017 10:33
  • Miktub minn iNews

    Filwaqt li kkonferma li mhux bi ħsiebu li jikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil saħaq li huwa mhux se jkun qed jgħib mix-xena politika. Busuttil saħaq li huwa xorta waħda se jibqa’ jikkontribwixxi fi ħdan il-Partit minħabba li saħaq li huwa se jibqa’ jemmen f’dak li dejjem emmen fih.

    Huwa saħaq li jeħtieġ li fil-pajjiż ikun hemm tarka li tiġġieled għal dak li huwa sewwa f’pajjiżna. Fi kritika indirizzata lill-Gvern huwa saħaq li l-ġustizzja ntremiet. “Għall-Gvern preżenti l-liġi ma tfisser xejn. Tapplika biss fejn iridu.” Kompla jisħaq li f’dawn is-sett ta’ ċirkostanzi ma tistax tmexxi pajjiż.

    Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista għaddej minn ċiklu politiku mhux favorevoli. Qabbel dan il-perjodu ma’ rota, li l-istess bħalma ddur l-istess se jagħmel iċ-ċiklu politiku u maż-żmien serġa’ jiġi jiffavorixxi lill-Partit Nazzjonalista. Saħaq li għaldaqstant il-Partit Nazzjonalista għandu jkun preparat biex meta jiġi dan iż-żmien politament favorevoli jkun lest.

    Huwa rrigrazzja wkoll lill-bosta nies li avviċinawh u inkoraġġewh biex jerġa’ jikkontesta għat-tmexxija tal-Partit. Busuttil saħaq li d-deċiżjoni tiegħu li ma jikkontestax mhix imnissla mill- fatt li hu ma jridx jew għax qata’ qalbu, iżda ġejja mill-fatt li hija kwistjoni fejn hemm riżultat u huwa se jkun qed ibaxxi rasu għalih. “Id-deċiżjoni tiegħi hija mnebbħa minn dak li nemmen fih, deċiżjoni li ġejja minn standards li nemmen fihom.”

    Fir-rigward tal-ħatra tal-Kap ġdid Nazzjonalista, huwa qal li l-proċess tal-għażla, fejn se jkunu t-tesserati tal-Partit li jagħżlu huma lil min iridu bħala Kap, hija turija ta’ kif verament tkun partit tan-nies.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    ganon
    Lul 16, 2017

    Jekk iz-zewg telfiet kbar li ha l-PN huwa dak li temmen fieh ghax kont nvo;ut it tnejn fihom Simon ahjar talaq halqek u ma tghid xejn ghax izjed qed taghmel hsara,Tinsiex li int caretaker leader,

    Irrispondi