“Sistema li ma taħdimx … Persuna ma jegħlibx il-vizzju tad-droga billi tibagħtu l-Ħabs”

  • Lul 16, 2017 09:21
  • Miktub minn iNews

    “Ma jistax ikun li persuni bi problema ta’ droga jibqgħu jintbagħtu l-ħabs ta’ Kordin. Wasal iż-żmien li ssir xi ħaġa. Fl-aħħar jiem iltqajna ma’ esperjenza li qasmitilna qalbna. Żagħżugħ ta’ 23 sena. Bla missier. Jibki magħna fil-ħabs. Irid jieqaf mill-vizzju tad-droga imma ma jistax. Iżda minflok qiegħed fil-ħabs fejn sfortunatament it-tentazzjonijiet huma kbar. Hemm m’għandux għajnuna biex jieqaf mid-droga. Qiegħed fl-istess post ma’ priġunieri oħra bi problema ta’ droga. Kif jista’ jieqaf mill-vizzju dan f’sistema hekk? Meta se nibdew nittrattaw lil dawn il-persuni b’mod uman u dinjituż, billi jintbagħtu f’post biex jinħarġu mill-vizzju?”

    Dan sostnewh voluntiera li b’mod regolari jmorru fil-ħabs ta’ Kordin iżuru l-priġunieri. Fost dawn il-priġunieri hemm dawk ta’ Prison Fellowship Malta, li fl-aħħar jiem sabu li għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufin inqatgħu l-fondi li kienu qed jingħataw u li kienu qed jintużaw biex jgħinu lill-ħabsin.

    Quddiem dan Mark F. Vella minn Prison Fellowship qalilna li l-kwistjoni tal-fondi se titqajjem mal-Ministru. Mark jitkellem ukoll dwar l-esperjenza ta’ dan il-priġunier u jgħidilna li “morna sitta voluntiera l-ħabs għal-laqgħa ta’ darba f’xahar fin-naħa tal-irġiel. Jien nixtieq li nkunu 12 voluntiera biex nitkellmu ma’ iżjed priġunieri imma d-Direttur tani permess li nkunu sitta biss. Iltqajt ma’ ġuvni. Ġie l-ewwel darba għal-laqgħa tagħna ta’ Prison Fellowship Malta. Aħna għaqda reliġjuża li nippruvaw nagħmlulhom kuraġġ biex ibiddlu ħajjithom. Dan il-ġuvni għandu 23 sena u beda d droga ta 13-il sena.Qalli li m’għandux missier. Beda jibki huwa u jgħidli li jixtieq jieqaf mid-droga. Il-ħabs tista’ tgħid ma jitkellem ma ħadd. Qalli meta erġajtu ġejjin.  Kif għidtlu xahar ieħor qalli se nkun nistennik. Bħala għalliem tal-PSD stajt nara f għajnejh nuqqasijiet fil-personalità u l-karattru.”

    Mark Vella jgħidilna li “billi qiegħed l-ħabs mhux qed jiġi mgħejjun jegħleb il-vizzju tad-droga. Idejh kollha mtaqqba. Biex jixtri d-droga jrid il-flus u għalhekk jisraq. Talabna għajnuna biex jieqaf minn dan il-vizzjuQagħad jgħinni waqt il-laqgħa. Poġġa waħdu fl-ewwel bank tal-kappella. Qalli rajtkom deħlin l-ħabs u ġietni kurżità u ġejt il-laqgħa. Persuni bħal dawn għandhom bżonn ma’ min jitkellmu. Counsellors, psikoloġisti jew voluntiera b’qalb kbira. Iridu jifhmu x’kien li wassalhom għad-droga.  Il-ħabs jrid ikun hemm min idur ma’ dawn il-persuni u jgħinhom. 

    Mark temm jgħidilna li “Dawn in-nies diffiċli li jiġu impjegati. Irid ikollhom il-ħiliet. Jegħlbu l-vizzju u jibnu l-karattru mill-ġdid. Il-ħasra li dawn ikollhom ulied żgħar u dawn ukoll ibatu minħabba fihom peress li jkunu bla ġenitur.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0