FILMAT: Ġesù u l-appostli jaqsmu pizza, burger u hot dog flimkien! Kampanja ta' reklamar fl-Imsida tqajjem kontroversja sħiħa.

  • Lul 01, 2017 16:00
  • Miktub minn iNews

    L-Ispettur Sandro Camilleri: “Hemm min jitbissem, iżda hemm ukoll min joffendi ruħu.”  

    Kampanja ta’ reklamar fl-Imsida minn restorant popolari f’pajjiżna spiċċat biex ħolqot kontroversja sħiħa. Dan wara li biex jippromwovu l-varjetà ta’ ikel li għalihom huma tant magħrufin, il-kampanja nqdiet bix-xena tal-aħħar ċena, b’Ġesù u l-appostli jaqsmu bejniethom pizez, burgers, chips, hot dogs, u bibiti. 

    Kummenti fuq il-midja soċjali juru li huwa ta’ għajb li Ġesù spiċċa oġġett ta’ reklamar, b’uħud bil-kummenti saħansitra jgħidu wkoll li din il-kampanja qed tkasbar it-twaqqif tal-Ewkaristija.

    Mhux talli hekk talli dan kien deskritt bħala “insult lil Malta Nisranija” bil-persuna li kiteb dan il-messaġġ fuq il-midja soċjali jitlob l-intervent tal-Pulizija sabiex jittieħdu passi u jneħħu dan ir-reklamar mill-aktar fis possibbli.

    F’kumment li għadda lil Inewsmalta, l-Ispettur Sandro Camilleri b’referenza għal dan il-poster ta’ reklamar saħaq li “hemm min jitbissem, iżda hemm ukoll min joffendi ruħu”. Filwaqt li qal li mhux se jkun qed jidħol fil-mertu tal-legalità ta’ din il-kampanja ta’ reklamar saħaq li ħafna nies qed iħossuhom urtati u ma jagħtihomx tort li jħossuhom hekk.

    ARA WKOLL: RITRATTI: Ivvandalizzat ir-reklam tal-“aħħar ċena” li juri lil Ġesù u l-appostli bil-pizez, hotdogs u burgers

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 6

  •  
    Johnny
    Lul 01, 2017

    Gharukaza nehhuh minn hemm. Tal misthija nittama lill awtorita tiehu azzjoni. proset inews

    Irrispondi
  •  
    Mario Tabone-Vassallo
    Lul 01, 2017

    Tal-misthija; mur ara kieku nuzawlhom il-ommijiethom. Mhux qed niccercer b'dan, qed nghidu b'ezempju. Wissejt jien

    Irrispondi
  •  
    Kummenti
    Lul 02, 2017

    U dik il-bilboard kemm swiet?? Aktar ma nara expensive adverts inqas nithajjar nixtri l-prodott ghax nemmen li nkun qed inberbaq flusi fil-marketing/advertising u mhux fil-prodott jew servizz innifsu.

    Irrispondi
  •  
    Kummenti
    Lul 02, 2017

    Vili meta role models popolari jintuzaw biex jigi reklamat junk food. Kristu huwa role model ghal-Kristjani (bhala bin Alla) kif ukoll ghall-Musulmani (bhala profeta).

    Irrispondi
  •  
    il.Q
    Lul 02, 2017

    minn qattaw ghamel sew.li vera l malti jirrispetta il valuri nsara lanqas jghaddi minn quddiem ir ristorant ahseb w ara nikol hemm gew

    Irrispondi
  •  
    Johnny
    Lul 03, 2017

    Nittama li jnehhuh dal billboard ax tal misthija. Kemm hawn nies arroganti fid dinja bla valuri. Isthu jekk tafu.

    Irrispondi
  •  

Facebook