Aġġornat: Q&A ma' Dalli... iħabbar li mar għand il-pulizija

  • Lul 20, 2012 19:07
  • Miktub minn John Pisani
"

    19:02 Wara li John Dalli aktar kmieni llum żvela li mar għand il-Pulizija bl-lista ta' ismijiet li jistgħu jkunu mdaħħla fil-kwistjoni li l-imejl tiegħu ġie "hacked", il-Prim Ministru llejla bagħat stqarrija lill-istampa. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li jittama li l-Pulizija tasal għal konkluzjoni fi żmien qasir wara li tkun investigat u li l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni jkunu pubbliċi.

    Qegħdin nippubblikaw, kelma b’kelma, kummenti li John Dalli ta lill-ġurnalisti iktar kmieni dalgħodu. Minn din is-sensiela ta’ mistoqsijiet u tweġiba rriżulta li Dalli mar għand il-pulizija bl-aħħar każ imqajjem minnu, fejn fost oħrajn intqal li kien ‘hacked’ l-imejl tiegħu.

    Mistoqsija: JPO għal darb’oħra reġa rrefera għall-frame up li sar fuqek, però ħadd mill-uffiċjali tal-PN, inkluż il-Prim Ministru, qatt ma qalu xejn. X’inhum l-kummenti tiegħek?

    JD: Jiena naħseb li ġara huwa ‘public knowledge’ u ilni nitkellem dwaru. Dak li sar fuqi sar b’mod, fl-opinjoni tiegħi, ħażin. L-iktar ħaġa li lili qed iddejjaqni huwa l-fatt li ma kontx ġejt informat b’dak li kont qed niġi akkużat. U meta tibda’ tisma’ llum u l-enfażi li qed issir li mhux fair li RCC - biex insemmu lil RCC - li ma jkunx jaf ix-xhieda se jgħidu meta jixhdu… li kienet xi ħaġa mhux tollerabli li ma jkunx jaf se jgħidu minn qabel ix-xhieda… tajjeb?

    Jiena kien hemm rapport f’idejn il-Prim Ministru, rapport f’idejn in-nies, li lili ħbewuwli, lili ma qalulix fuqhiex qed issir l-akkuża tiegħi.

    Din għalija huwa livell għoli ta’ żlealtà li lili tibqa’ tkiddni għal dejjem. Finalment jiena, kif għidt fil-pubbliku, jien kont naf l-eżistenza ta’ dan ir-rapport fil-15 ta’ Awwissu meta jien irriżenjajt fl-4 ta’ Lulju meta ċempilli ġurnalist, Noel Grima, u qalli inti taf x’qed isir?

    Għidtlu x’qed isir? Qalli taf li ttella’ wieħed il-Qorti mixli bi frodi minħabba rapport falz li għamel fuqek? Jien dak il-ħin kont naf x’kienu dawk l-akkużi li għalihom li suppost kont se niġi investigat.

    Mistoqsija: Kellek tgħaddilu xi ismijiet lill-Prim Ministru….

    JD: Għaddejtom ilbieraħ.

    Mistoqsija: X’kienet ir-reazzjoni tal-PM?

    JD: Dak li għidna bejni u l-PM f’diskursata privata, inżommha privata.

    Mistoqsija: Fil-kampanja kontra tiegħek, min seta’ ikkordinaha, huma uffiċjali tal-Partit? Nies fil-Partit?

    JD: Huma nies fil-Partit.

    Mistoqsija: F’livell għoli fil-Partit?

    JD: Mhux se nsemmi ismijiet għalissa. Jien għandi indikazzjoni qawwija min huma. Mhux se nsemmi dettalji u ismijiet għalissa. Però jien għandi indikazzjoni min huma dawn in-nies.

    Mistoqsija: Se tmur għand il-Pulizija?

    JD: Mort diġà għand il-Pulizija.

    Mistoqsija: Kif tara l-aħħar żviluppi fil-politika?

    JD: Dan huwa ġudizzju li jrid jagħmel il-PM għax hu qed imexxi. Huwa jaf il-matematika tal-Parlament kif inhi. Jaf il-lealtà u l-appoġġ li jista’ jkollu minn kull membru li hemm fil-Parlament u naħseb li hix tenibbli jew le jien ma nafx, m'għandix l-informazzjoni kollha u allura ma nistax niġġudika.

    Mistoqsija: Fuq dak li qed jgħid JPO…….

    JD: Dik ukoll. Jien ma nistax nagħmel ġudizzju fuq dak li qed jagħmel ħaddieħor. Jien mhux f’moħħ in-nies, minix f’qalbhom u żgur mhux qiegħed b’xi mod nirregola dak li qed isir.

    Jiġifieri dawn huma avvenimenti, kulħadd qed jieħu l-azzjonijiet li jaħseb li huma fil-kuxjenza tiegħu għandu jieħu. Qabel ma nkunu nafu eżattament il-fatti kollha ma naħsibx li nistgħu ngħatu ġudizzju.

    Jien ilni minn Novembru tat-2004. Fil-Kunsill Ġenerali ta’ Novembru tat-2004 tkellimt ċar, u dan kien ftit xhur wara li tqaċċat mill-Kabinett, jien tkellimt ċar li, dan tmien snin ilu, li n-Nazzjonalisti mhumiex qegħdin isibu l-Partit Nazzjonalista bħala l-partit li jilqagħhom ġo daru.

    In-Nazzjonalisti mhux qed isibu dak il-Partit Nazzjonalista huwa darhom. Dan għidtu fi-2004.

    F’dawn it-tmien snin minflok l-affarijiet ittranġaw, l-affarijiet iktar ħraxu b’attakki, fl-opinjoni tiegħi oxxeni kontrija u oxxeni kontra membri tal-partit li minn dejjem kienu leali lejn il-parti… li dejjem dejjem taw sehemhom lill-partit u mhux lil xi individwi.

    Mistoqsija: U min għandu jerfa’ r-responsabbiltà kollha?

    JD: Issa jiena ngħid li għandu jerfa’ r-responsabbiltà kollha min qed imexxi.

    Ritratt: John Pisani

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1