"Is-sens komun jgħidlek mur għal elezzjoni" - Muscat

  • Lul 20, 2012 11:18
  • Miktub minn
"

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat qal waqt intervista fuq ONE Radio li l-kitba kienet fuq il-ħajt u kien ovvju li s-sitwazzjoni kienet se tasal sa hawn.

    Muscat qal li fejn jidher Gonzi għandu problemi ma’ tliet deputati minn tiegħu. “Dan fejn jidher… nafu li għandu problemi minn tal-inqas ma’ għaxar deputati, ma terz tal-grupp parlamentari,” żied Muscat waqt l-intervista.

    Muscat iddeskriva s-sitwazzjoni ta’ issa bħala waħda fejn il-pajjiż donnu għandu żewġ Prim Ministri, fejn l-appoġġ hu wieħed kundizjonat.

    “Issa lanqas qegħdin f’sitwazzjoni fejn jiddeċiedi l-Prim Ministru. Issa qegħdin f’sitwazzjoni fejn il-Prim Ministru irid jitkellem ma’ Prim Ministru ieħor. Din hi sitwazzjoni li ma tagħmel l-ebda ġid lill-pajjiżna, “ qal Muscat li żied li hu mħasseb dwar l-inċertezza fil-pajjiż.

    Muscat akkuża wkoll lill-Prim Ministru li qiegħed iġib il-poter qabel id-dover. Muscat reġa’ ma eskludix il-possibiltà li jressaq mozzjoni ta’ sfiduċja, għalkemm insista li bħalissa l-ballun qiegħed f’saqajn il-Prim Ministru.

    Mistoqsi minn Matthew Carbone jekk Gonzi għandux isejjaħ elezzjoni Muscat qal: “Il-poplu vvota għall-gvern ta’ GonziPN u mhux gvern ta’ koalizzjoni… għalkemm jidher li lanqas gvern ta’ koalizzjoni m’għandna.

    "Is-sens komun jgħidlek mur għal elezzjoni," żied Muscat.

    Muscat tenna wkoll li l-inqas ħaġa li għandu jagħmel il-Prim Ministru huwa li "uffiċjalment jinforma lill-President bil-qagħda attwali."

    Dwar l-irwol tal-oppożizzjoni Joseph Muscat qal: "l-attitudni se tibqa' l-istess... fejn naqblu ngħidu iva, fejn ma naqblux ngħidu le." Mistoqsi dwar jekk il-Partit Laburista jkunx lest jidħol f'koalizzjoni ma' Jeffrey Pullicino Orlando Muscat qal: "Demokratikament m'hijiex korretta. Għalhekk nemmen li t-triq 'il quddiem hija elezzjoni ġenerali."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0