Kampjonati Dinija tat-Table Football

  • Lul 20, 2012 11:13
  • Miktub minn
"

    Fi tmien il-ġimgħa għaxar plejers ta' Table Football se jipparteċipaw fis-16-il edizzjoni tat- Tazza tad-Dinja organizzata mill-Federation of International Sports Table Football.

    Din l-edizzjoni se tiġi organizzata ġewwa Ettihad Stadium – Manchester li hija meqjusa li se tkun waħda mill-edizzjonijiet l-aktar prestiġġjużi.

    Se jieħdu sehem plejers minn 20 pajjiż different fil-kategorija ta' timijiet u individwali b’total ta' 226 atleti li se jikkompetu fid-diversi kategoriji.

    It-tim ta' Malta Open se jkun kompost min Mark Gauci (Captain),, Samuel Bartolo, Derek Conti, Charles Aquilina, Joseph Mifsud, Mario Camilleri u Jason Pisani. It-tim ta' taħt id-19 il-sena se jkun kompost minn Angelo Borg (Captain),, Darren Carabott u Adam Gatt. Il-kompetizzjoni tat-timijiet se jintlagħbu l-Ħadd.

    Il-plejers kollha li se jikkompetu individwalment għada fejn fil-kategorija ta' open hemm Mark Gauci, Derek Conti, Samuel Bartolo, Charles Aquilina u Mario Camilleri, filwaqt li Joseph Mifsud u Jason Pisani se jilagħbu fil-kategorija tal-Veterani. Il-plejers kollha ta' taħt id-19 il-sena se jikkompetu individwalment għada wkoll fejn Angelo Borg jinsab fl-ewwel post ta' din il-kategorija fir-ranking internazzjonali u warajh hemm Darren Carabott u Adam Gatt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0