Deċiżjoni dwar kawża bejn il-GWU u l-PN għat-12 ta’ Ġunju

  • Mej 25, 2017 11:57
  • Miktub minn iNews
"

    Fit-12 ta’ Ġunju li ġej l-Imħallef Jacqueline Padovani Grima se tiddeċiedi jekk tkomplix tisma’ kawża bejn il-GWU u l-PN jew tistennix sakemm tinqata kawża kostituzzjonali bejn iż-żewġ partijiet.

    Il-PN fetaħ kawża fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-GWU għax qed jallega li hija kisret il-ftehim li bih ingħatat il-WMB biex tużah madankollu l-unjin qed tiċħad dan.

    Wara li l-Imħallef Padovani Grima ma laqgħetx talba tal-GWU biex ma tkunx hi li tisma’ il-kawża, l-istess unjin fetħet kawża fil-Qorti Kostituzzjonali dwar din id-deċiżjoni.

    Il-GWU trid li l-ewwel tinstema l-kawża kostituzzjonali qabel tkompli tinstema dik fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili imma l-PN, li fetaħ il-kawża ċivili permezz tal-kap tiegħu Simon Busuttil u l-membri parlamentari kollha, qed jinsisti li din tkompli tinstema anke waqt li tkun għaddejja l-kawża kostituzzjonali.

    L-Avukat Edward Debono, li qed jidher għall-PN, talab lill-Imħallef Padovani Grima biex ma tilqax it-talba tal-GWU għax sostna li din hija ‘delay tactic’ biex jilħqu jingħalqu l-kirjiet.

    Min-naħa tiegħu, l-Avukat John Bonello – li qed jidher għall-GWU flimkien mal-Avukat Aron Mifsud Bonnici – talab li l-kawża ċivili tieqaf sakemm issir dik kostituzzjonali ħalli jiġi evitat il-possibilita ta’ sentenzi kunflinġenti.

    Huwa rrimarka kif ironikament waqt li f’din il-kawża ċivili l-PN qed jinsisti li tibqa’ għaddejja anke jekk hemm kawża kostituzzjonali, l-istess PN fetaħ kawża fejn qed jitlob biex ikun deċiż jekk l-investigazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali dwar l-allegat ksur tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti tiksirx il-Kostituzzjoni.

    Kien wara li semgħet liż-żewġ naħat jittrattaw li l-Imħallef Padovani Grima nfurmathom li kienet se tagħti d-deċiżjoni tagħha fit-12 ta’ Ġunju li ġej.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0