"Il-manifest tal-lum superjuri għal ta’ erba’ snin ilu"

  • Mej 19, 2017 22:11
  • Miktub minn iNews

    Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat iddeskriva l-manifest elettorali għall-elezzjoni ġenerali li jmiss bħala wieħed superjuri għal dak ta’ erba’ snin ilu u saħaq li se jġib qabża kbira ta’ kwalita fil-pajjiż.

    Huwa sostna dan fi tmiem il-Konferenza Ġenerali Straordinarja li tlaqqgħet il-Ġimgħa filgħaxija fejn matulha d-delegati tal-partit approvaw l-istess manifest elettorali bit-titlu “L-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna”.

    Muscat iddeskriva l-manifest bħala pjan ċar u ambizzjuż u magħmul bi ħsieb u waqt li rrimarka li mhux faċli jitwettaq wera l-konvinzjoni li jista’ jsir għax il-PL jaf kif se jġib il-flus u kif se jonfoqhom.

    Huwa semma kif waqt li l-manifest ta’ erba’ snin ilu kien ibbażat fuq l-entużjażmu u l-prinċipji, dan il-manifest iżid miegħu l-esperjenza ta’ partit li tgħallem mit-tajjeb li għamel u mill-iżbalji li wettaq.

    Muscat sostna li għalkemm mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali d-Deputat Prim Ministru Louis Grech se jkun responsabbli mit-twettiq tiegħu kemm-il darba l-PL ikun fil-gvern.

    Fost il-proposti ewlenin li jispikkaw fil-manifest hemm il-wegħda li Gvern jintroduċi reġistru trasparenti biex membri parlamentari, ministri u persuni f’karigi pubbliċi importanti jiddikjaraw l-interess kummerċjali li seta għandhom jew jista’ ikollhom.

    Proposti oħra fejn jidħlu t-trasparenza u l-governanza huma dawk li l-Gvern jippubblika minnufih kull kuntratt li jiffirma jsir pubbliku, li jdaħħal kodiċi ta’ etika li jkun jorbot lil kull persuna f’kariga pubblika u liġi li permezz tagħha persuni li jokkupaw karigi ewlenin f’awtoritajiet regolatorji u ambaxxaturi jitpoġġew għall-iskrutinju parlamentari.

    Il-manifest jipproponi wkoll l-għoti tal-poter lill-Kostituzzjoni biex tkun tista’ tiskatta mekkaniżmu ta’ reviżjoni f’każijiet serji fejn membru parlamentari jew persuni f’karigi pubbliċi għoljin jiksru kriterji skont lista speċifika ta’ dmirijiet u obbligi li jridu jonoraw.

    Proposti oħra jittrattaw riformi relatati mal-Parlament fosthom il-possibilita li l-membri parlamentari jingħataw l-għażla li jservu fultajm, diskussjoni dwar meta u x’ħin għandu jiltaqa’ il-Parlament, il-possibilta ta’ kwoti parlamentari favur aktar nisa, it-tneħħija tal-immunita parlamentari, it-twaqqif ta’ Parlament taż-Żgħażagħ li jagħti pariri dwar liġijiet lill-Parlament u l-possibilita li Maltin li jgħixu barra u li għandhom dritt tal-vot jivvutaw fl-ambaxxati.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0