Il-Kap tal-PN Simon Busuttil qed jara dawk li huwa sejjaħ bħala "xquq" fl-ekonomija lokali.

  • Mej 19, 2017 15:29
  • Miktub minn iNews

    Huwa qal dan waqt li kien qed iniedi żewġ settijiet ta' proposti ekonomiċi bl-ewwel sett huwa indirizzat għas-setturi eżistenti waqt li t-tieni huwa għal setturi ġodda.

    Mistoqsi x'inhuma dawn ix-xquq, Busuttil semma r-reputazzjoni ta' Malta, l-għoti ta' kuntratti lil min irid il-Gvern u ż-żieda fil-burokrazija.

    Fir-rigward tal-proposti għas-setturi eżistenti Busuttil qed jgħid li jekk jitla' jibda jibni r-reputazzjoni ta' Malta, jikkonsolida s-servizzi finanzjarji, iżomm l-Airmalta, jgħin lis-settur privat jagħmel upgrade fit-telekomunikazzjoni, jiżviluppa l-industrija loġistika, jikkonsolida lil Malta bħala nazzjon marittimu, jibda jagħti servizzi governattivi b'mod diġitali, kwart ta' dak li jixtri jixtrih mis-self-employed u jattakka l-kummerċ illegali.

    Fit-tieni sett ta' proposti, Busuttil qed iwiegħed li Gvern Nazzjonalista joħloq sitt setturi ġodda: l-Fintech, id-Digital Media, l-Isport, l-Intrapriża Soċjali, l-Internet of Things u l-Blockchain u Crowdfunding.

    Busuttil sostna li f'dawn l-erba' snin il-Gvern Laburista ma ħoloq ebda settur ġdid u ħa l-"low hanging fruit" waqt li rrimarka li min hu bravu jiżra ż-żerriegħa u pjanti ġodda.

    Il-Kap tal-PN żied jgħid ukoll li l-poplu qed jistenna bil-ħerqa t-3 ta' Ġunju biex imur jivvota ħalli jeħles minn dan il-Gvern.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    Gooner
    Mej 19, 2017

    vera hemm xquq imma fil-garigoru ta mohhu, kollox hazin vera gabu PN = Partit Negattiv

    Irrispondi