Aġġornata bil-filmat: DCG titlef l-appell kontra Julia Farrugia... il-Qorti tgħid li m'hemmx lok għal żieda fil-kumpens

  • Mej 19, 2017 12:12
  • Miktub minn iNews

    Il-blogger Daphne Caruana Galizia, tilfet fi stadju ta’ appell każ li kellha fil-Qorti mal-kandidata tal-Partit Laburista u ġurnalista, Julia Farrugia.

    Il-Qorti tal-Appell ċaħdet l-appell ippreżentat mill-blogger Daphne Caruana Galizia kontra sentenza tal-2015 li kienet ikkundannatha li tħallas €3,000 f'danni lill-eks ġurnalista Julia Farrugia.

    Farrugia kienet fetħet proċeduri ta’ libell kontra Caruana Galizia fl-2011 wara li din tal-aħħar, f’diversi posts issuġġerixxiet li missier Farrugia kellu rabtiet mal-qtil ta' Raymond Caruana.

    Fid-deċiżjoni tagħha fl-2015, il-Qorti tal-Maġistrati kienet innutat ukoll li l-blogger kien iddeskriviet lil Farrugia bħala ‘bitch’, ‘cow’ u ‘prostitute’.

    Il-Qorti kienet ċaħdet l-argument ta’ Caruana Galizia, li dak li kitbet kien kumment ġust, u li ma kellha ebda kontroll fuq dawk li għażlu li jikkummentaw fuq blogs tagħha. 

    Fid-deċiżjoni li ttieħdet mill-Qorti tal-Appell, preseduta mill-Imħallef Anthony Ellul, intqal li l-kummenti ta’ Caruana Galizia bl-ebda mod m’huma kumment ġust, iżda hi kienet ‘qed tagħmilhom fatti’. Żiedet tgħid li l-kitbiet tal-blogger ipenġu lil Farrugia bħala mhux kredibbli meta din kienet tikteb dwar suġġetti politiċi.

    Il-Qorti, madankollu, ċaħdet ukoll it-talba ta’ Farrugia għal kumpens ogħla, li qalet li m’hemmx lok għal żieda fil-kumpens.

     

    L-avukat ta' Farrugia qal li "F'soċjetà deomokratika importanti l-libertà tal-espressjoni imma ma jfissirx li kulħadd jista' jgħid li jrid" 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0