"Ħsibt li ma kontx se nimxi aktar... din l-amputazzjoni se tibdel il-ħolm tiegħi f'realtà!"

  • Mej 19, 2017 11:13
  • Miktub minn iNews

    Twieled bil-kundizzjoni tat-'Talipes Equinovarus', magħrufa iżjed bħala ‘Club Foot’ fis-sieq il-leminija. Ta’ età żgħira għamel diversi operazjonijiet bit-tama li jirranġa d-diformitajiet. L-operazzjonijiet ħolqu iżjed problemi għaliex ħafna mill-ġogi saru riġidi ħafna. 

    Minkejja dan Antonio Flores beda jitħarreġ fl-atletika fl-età ta' 13-il sena. Huwa dejjem tħarreġ ma' atleti fiżimament b'saħħithom, iżda din il-ħaġa qatt ma qatagħtlu qalbu, anzi, għenitu jistinka dejjem aktar. Fl’età ta’ 18-il sena, huwa ikkompeta fil-Paralympics li saru f’Beijing fejn irnexxielu jikkwalifika fil-kategorijja T44, u din kienet listess kategorijja tal-atleti b’riġlejhom amputati minn taħt l-irkoppa. Huwa kien l-iżgħar atleta fil-kategorija tiegħu, u ikkompeta fit-tiġrija tal-100m eżattament biżwit Oscar Pistorius, l-atleta magħruf mill-Afrika t'Isfel.

    Flores eventwalment kellu jwaqqaf it-taħriġ sabiex jirkupra minn xi uġigħ li ikkawżalu bsaten fir-roti fl-isfida tiegħu kontra l-kundizzjoni li kellu. Huwa ttama li ikun irkupra kompletament sal-paralympics li saru f’Londra fis-sena 2012, iżda ma' kull tentattiv kellu jwaqqaf it-taħriġ kawża tal-uġigħ. Huwa iddecieda li jieqaf mill-atletika għal madwar 3 snin. Sadanittant huwa iddeċieda li jipprova sport ieħor, bħal pereżempju l-Powerlifting.Huwa ghamel diversi testijiet medici sabiex isir jaf x’jista’ jaghmel biex ikun jista’ jerga jibda jiġri. F’dawn it-testijiet, huwa sar jaf li ghandu artrite severa ikkaġunati mid-diformitajiet f’siequ l-leminija. Wara dan il-perjodu, huwa irrealizza li xejn ma jista' jieħu post l-atletika. Huwa xtaq hafna li jkun jista’ jerġa jibda jiġri, u mir-ricerka li għamel sar jaf b’'leg brace' li setghet issir minn kumpanija speċjalizzata fis-saqajn artifiċjali. Permezz ta’ din ir-'running brace' huwa seta' jerġa’ jibda jiġri.

    Huwa qal lil Inewsmalta li kienet diffiċli ħafna għalih jerġa' jibda għaliex saħansitra kellu jibdel it-teknika tal-ġirja. Sfortunatament il-ferħ li kellu hekk kif irritorna lura sabiex jikkompeti intemm ħasrem hekk kif il-problemi reġgħu tfaċċaw hekk kif saħansitra beda jsib problemi sabiex jimxi. Għal din ir-raġuni huwa beda jfittex soluzjonijiet kirurġiċi u ddeċieda li jkompli jistudja u ghalhekk beda kors l-Università ta’ Malta sabiex isir Podjatra. L-għażliet tiegħu kienu ċari ħafna. L-ewwel għażla kienet li jagħmel diversi operazzjonijiet sabiex jingħaqdulu l-ġogi sabiex l-artrite ma jiggravax. Din l-ghazla kienet twassal sabiex eventwalment ġogi oħrajn jiddeterjoraw u b’hekk fil-futur kien ser ikollu jgħix ħajtu f'siġġu tar-roti. L-għażla l-oħra li kellu kienet amputazzjoni f'riġlejh il-leminija minn taħt l-irkoppa.

    Flores qal ma' Inewsmalta li d-deċiżjoni kienet waħda faċli għalih minħabba li huwa bniedem attiv. Huwa saħaq jgħid li jippreferi jgħix b'sieq artifiċjali milli jgħix f'siġġu bir-roti. Wara ħafna żjarat u appuntamenti għand diversi speċjalisti, huwa issa għandu data tal-operazzjoni kkonfermata għal Settembru ta’ din is-sena. Jekk kollox imur kif ippjanat, huwa sa jigradwa bħala persuna b’sieq amputata. Huwa joħlom li jfieq kompletament u b'hekk ikun jista’ jerġa' jirritorna għall-isport tal-atletika. Avolja il-vjaġġ mhuwiex ser ikun wieħed faċli, Flores qalilna li huwa jemmen li "Din l-amputazzjoni se tibdel il-ħolm tiegħi f'realtà".

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0