"Is-suċċess fit-turiżmu qed jinħass"

  • Mej 19, 2017 08:56
  • Miktub minn iNews

    Waqt l-inawgurazzjoni tal-Ġnien FX Ebejer fis-Swieqi, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis saħaq li s-suċċess fit-turiżmu qed jinħass u n-numri ta’ turisti li qed iżuru pajjiżna għal diversi raġunijiet ifisser li ż-żoni turistiċi qed ikollhom influss aktar qawwi ta’ viżitaturi. Iżda mhux iż-żoni turistiċi tradizzjonali biss li qed iħossu dan l-influss. Minn żoni residenzjali, bħas-Swieqi u postijiet oħra, qed iħossu dan l-istess tip ta’ influss. 

    Il-Ministru għat-Turiżmu saħaq li postijiet bħas-Swieqi għandhom influss ta’ studenti li jżuru pajjiżna biex jitgħallmu l-Ingliż, ta’ host families, ta’ propjetà li tinkera, u t’attivitajiet oħra anċillari relatati mat-turiżmu. Huwa għalhekk li l-Ministeru għat-Turizmu flimkien mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi qegħdin iniedu numru ta’ inizjattivi f’din il-lokalità.

    Din l-għajnuna hija turija simbolika tal-għarfien tal-Gvern li lokalitajiet bħas-Swieqi jistħoqqilhom kull għajnuna possibbli sabiex ikunu jistgħu jimmaniġjaw aħjar il-lokalità tagħhom, tenna l-Ministru. 

    F’dan is-sens, il-Ministeru jinsab impenjat jassisti lill-Kunsill Lokali sabiex isebbaħ il-Ġnien FX Ebejer fiċ-ċentru ta’ din il-lokalità b’investiment ta’ €30,000. Spazji ta’ ġonna f’nofs il-bini urban huma importanti għall-kwalità ta’ ħajja aħjar u għaldaqstant huwa ferm importanti li dawn l-ispazji jiġu ndukrati. 

    Proġett ieħor li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu, b’inizjattiva tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp għaż-Żoni Turistiċi fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu huwa l-installazzjoni ta’ CCTV f’uħud mit-toroq tas-Swieqi. Dawn is-CCTV cameras għadhom kemm bdew jaħdmu u dan il-proġett pilota se jwassal għal sistemi simili f’lokalitajiet oħra li jinsabu f’żoni turistiċi. Bl-għan ewlieni tal-proġett ikun li r-residenti jkollhom sorveljanza kontinwa biex jiġi indirizzat il-vandaliżmu fil-lokalità u tiżdied il-prevenzjoni tal-kriminalità fuq bażi 24/7 kif ukoll il-moniteraġġ relattiv. Dan kollu b’nefqa ta’ aktar minn €60,000.

    Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis tenna li biex ikompli jkun assigurat is-suċċess turistiku f’pajjiżna jeħtieġ li nħarsu lejn il-prestazzjoni tal-ambjent urban li jaffettwa l-esperjenza ġenerali tat-turisti li jżuruna u li huwa kruċjali daqs l-inħawi tal-madwar tal-istabbilimenti t’ akkomodazzjoni u tal-ikel sabiex ikunu fuq l-istess livell ta’ eċċellenza fis-servizz u fl-attrazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0