Inkwiet waqt il-protesti kontra l-awsterità fi Spanja

  • Lul 20, 2012 09:50
  • Miktub minn

    Il-pulizija Spanjola sparaw bullets tal-plastik biex ineħħu d-demostranti mit-toroq hekk kif ġurnata ta' protesti f'Madrid spiċċat fl-inkwiet.

    Dawk li kienu qegħdin jipprotestaw taw in-nar lit-tankijiet taż-żibel. Il-pulizija kontra l-irvellijiet daħlu fuqhom hekk kif kienu waslu viċin il-parlament. Seba' persuni ġew arrestati filwaqt li tal-inqas sitta sfaw midruba.

    Ilbieraħ fi Spanja saru ħafna protesti paċifiċi madwar il-pajjiż kollu kontra l-miżuri ta' awsterità imposti mill-gvern. Ħaddiema mis-settur pubbliku ħonqu t-toroq ta' Barċelona, Madrid u bliet oħra, filwaqt li bdew jirreferu għall-gvern bħala “ħalliel”.

    Fost dawk jipprotestaw kien hemm ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, pulizija, kif ukoll ħaddiema fis-settur edukattiv u tas-saħħa.

    Il-miżuri l-ġodda li jinkludu qtugħ mill-pagi li jammontaw għal €65 biljun, kif ukoll żieda fit-taxxi ġew imħabbra l-ġimgħa li għaddiet mill-Prim Ministru Mariano Rajoy.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook