Iħanxar ras ommu f'Jum l-Omm!

  • Mej 16, 2017 19:12
  • Miktub minn iNews

    Dak ta’ nhar il-Ħadd li għadda kien Jum l-Omm mill-aktar makabru għal Joshua Lee Webb, raġel Amerikan ta’ 36 sena minn Oregon, li mimli dmija daħal f’ħanut tal-merċa b’ras ommu mħanxra f’idu u ta daqqiet ta’ sikkina lil impjegat.

    Jidher li hekk kif Webb attakka lill-impjegat, identifikat fil-midja bħala “Mike”, ħaddiema oħrajn marru jiġru jgħinu lill-kollega tagħhom u rnexxielhom iżommu lil Webb sakemm waslu l-pulizija fuq il-post.

    Il-Pulizija mbagħad skoprew il-ġisem ta’ omm Webb, Tina ta’ 56 sena, f’darha madwar 10 mili bogħod minn fejn seħħet it-tieni aggressjoni, wara telefonta li rċevew. L-awtoritajiet qalu li huma tal-fehma li ż-żewġ inċidenti huma konnessi, madankollu ma kkonfermawx jekk il-mara kellhiex rasha mħanxra.

    Il-Pulizija madankollu saħqu li Webbs kellu jittieħed l-isptar minħabba li kien jinsab fi stat ta’ konfużjoni kbira u ma kien qed ikellem lil ħadd. Meta kien arrestat huwa nstab fil-pussess ta’ sikkina kbira tal-laħam.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook