Jiġi mgħarraf li se jibqa' jinżamm taħt arrest... jixxotta d-dmugħ

  • Apr 21, 2017 16:41
  • Miktub minn iNews

     

    Omar Joseph Trabelsi ta’ 27 sena minn Ħal Kirkop baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq fil-Qorti mixli li ħebb u pprova jikkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq xufier tal-linja. 

    Il-każ seħħ nhar il-Ħadd li għadda fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-Belt Valletta.

    Trabelsi kien mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq Alistaire Busuttil, li ġab ruħu b’mod li tah fastidju u kkaġunalu biża’ li se tintuża vjolenza kontrih.

    Akkużi oħrajn fil-konfront tiegħu jgħidu li volontarjament għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor, hedded lil Busuttil, li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija u li sar reċediv.

    Għalkemm ma kienx preżenti fl-awla, l-allegat vittma kien irrakkonta  dak li allegatament għadda minnu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta kien involut f’argument mal-imputat.

    Huwa mifhum li l-argument beda ftit tal-jiem qabel u kompla l-Ħadd li għadda hekk kif inzertaw lil xulxin fil-venda tal-Belt. Skont il-Pulizija, minkejja li kien liebes l-uniformi ta’ Malta Public Transport, l-argument ma kienx relatat ma xogħlu u ma seħħx fil-ħin tax-xogħol tiegħu. 

    L-allegat vittma kien ċempel lill-Pulizija iżda sakemm dawn waslu fuq il-post, ir-raġel laħaq ħarab minn fuq il-post.

    Sadanittant, fil-Qorti saret talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Trabelsi, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba li f’dawn il-proċeduri għad irid jixhed l-allegat vittma. 

    Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Grazio Mercieca ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li għad fadal tixhed l-allegata vittma u jista’ jkun hemm biża’ ta’ intralċ ta’ provi. 

    Hekk kif ġie mgħarraf mill-Avukat tiegħu li kien se jibqa’ miżmum arrestat, l-imputat deher imbikkem u beda jixxotta d-dmugħ. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Priscilla Caruana Lee u Jeffrey Scicluna filwaqt li l-Avukat Yanika Camilleri dehret għal Trabelsi. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook