Bil-filmat: Inċident riċenti ma’ jaqtax qalb iċ-Ċinturanti

  • Apr 21, 2017 15:09
  • Miktub minn Alan Saliba

    Mibnija fl-1924, l-Our Lady of Consolation Fireworks Factory tal-Gudja twaqqfet biss ħames snin wara t-twaqqif tal-Our Lady of Consolation Band Club sabiex fi ħdan l-istess soċjetà tkompli tkabbar il-Festa tal-Madonna taċ-Ċintura ċċelebrata fil-Gudja.

    Matul l-aħħar snin, l-Għaqda tan-Nar Madonna taċ-Ċintura żviluppat ħafna fix-xogħlijiet pirotekniċi tagħha sew fil-logħob tan-nar tal-art kif ukoll dak tal-ajru. Dan jixduh il-bosta stediniet li din il-kamra ġiet ikkummissjonata sabiex taħdem in-nar għal diversi Festi oħra madwar Malta, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħha f’bosta Festivals tan-nar organizzati f’pajjiżna.

    Fil-Festa ċċelebrata kull sena fl-aħħar Ħadd ta’ Ottubru, dik iċċelebrata s-sena l-oħra xejn ma kienet waħda faċli għad-dilettanti Ċinturanti. Bit-temp xejn pjaċevoli li ħassar parti kbira minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fosthom dawk ta’ lejliet il-Festa, ftit siegħat qabel kienet se toħroġ il-purċissjoni, seħħ inċident fil-post tal-ħruq tan-nar fejn fortunatament ħadd ma’ ngiref. 

    Hekk kif kollox kien lest fl-għelieqi bil-murtali stivati u l-kaxxa nfernali mgħammra fil-kannen, il-container li fih kellu l-ħażna tan-nar, sploda u qabbad parti mill-kaxxa nfernali preparata b’konsegwenza li n-nar kollu preparat inqered fi ftit sekondi. Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident u l-purċissjoni dakinhar saret xorta fejn id-dilettanti tan-nar kienu kollha preżenti bl-interċessjoni li jirringrazzjaw lil Alla u lil Madonna li ħadd ma ndarab f’inċident hekk sfortunat. F’kommossjoni evidenti għall-aħħar, il-Festa ntemmet bi ħruq ta’ parti żgħira mil-logħob tan-nar tal-art wara li dan kien iżżarma kollu minħabba l-maltemp u ma nħaraqx lejliet il-Festa.

    Iżda dan kollu, ma qatax qalb iċ-ċinturanti Gudjani milli jkomplu l-ħidma tagħhom fis-settur pirotekniku għall-Festa għażiża tagħhom. Tant hu hekk, li għat-tielet darba fl-istorja tagħhom, l-Għaqda tan-Nar Madonna taċ-Ċintura ser tkun qed tieħu sehem fil-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Ajru din is-sena, fl-edizzjoni ta’ għada fix-Xagħra Għawdex. Din il-kamra, ser tkun qed tikkompeti fi spettaklu piro-mużikali flimkien mal-grupp TemexSon mir-Rumanija u Makalu Fireworks mir-Repubblika Ċeka.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0