Titjira lejn l-Azerbaijan..."La passiġġieri u lanqas tagħbija"

  • Apr 21, 2017 14:29
  • Miktub minn iNews

    Jitkellmu l-VistaJet

    Quddiem l-ispekulazzjonijiet li bdew jixxandru fl-aħħar ftit sigħat dwar titjira minn Malta lejn Baku fl-Ażerbaijan, James Leviton mill-kumpanija VistaJet, għal mistoqsijiet ta' inewsmalta.com wieġeb b'mod ċar li saret titjira lejn Baku fl-Ażerbaijan imma fuqha la kien hemm passiġġieri u lanqas merkanzija. L-ispekulazzjonijiet bdew jorbtu din  it-titjira mal-każ tal-allegazzjonjiet tal-bieraħ.

    Kien ftit qabel l-4.00 ta' filgħodu meta mill-ajruport internazzjonali ta' Malta telqet titjira b'ajruplan Bombardier Challenger 850. L-ajruplan għandu reġistrazzjoni 9H-ILZ.  L-ajruplan hu proprjetà ta' VistaJet.

    Id-destinazzjoni tat-titjira kienet Baku fl-Ażerbaijan u dan ħoloq għadd ta' spekulazzjonijiet. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook