Tnaqqis ta’ ħames punti u multa ta’ €5,000 għal Mosta FC

  • Apr 21, 2017 14:21
  • Miktub minn iNews

    Waqt seduta li saret aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Bord tal-Kontroll u Dixxiplina tal-Malta Football Association ra l-akkuża miġjuba kontra Mosta FC talli l-klabb effetwa pagamenti illegali lil wieħed mill-plejers tiegħu meta dan kien reġistrat mal-MFA bħala ‘amateur’. 

    Wara li analizza d-dokumenti u anke semà x-xhieda tar-rappreżentant tal-klabb, il-Bord tal-Kontroll u Dixxiplina kkonkluda li l-ħlas li kien qed isir lill-plejer konċernat kien effettivament salarju u ma kienx xi ‘reimbursement of expenses’ bi ksur tar-Regulations on the Status and Transfer of Players tal-MFA.

    Għaldaqstant, il-Bord impona tnaqqis ta’ ħames punti mit-total li Mosta FC għandhom fil-kampjonat waqt li l-klabb kien anke mmultat €5,000.

    Mosta FC għandhom dritt jappellaw din id-deċiżjoni.

    Il-Prosekutur tal-MFA kien ħareg l-akkuża imsemmija kontra Mosta FC fuq il-bażi tar-rapport imħejji mill-Bord tal-Inkjesta tal-MFA dwar allegat użu ta’ dokumenti u firem falsifikati fl-applikazzjonijiet għal work permit ta’ plajers minn pajjiżi non-EU mill-istess klabb.

    Il-Bord tal-Inkjesta kien sab li l-irregolaritajiet imsemmija kienu seħħew u għamel bosta rakkomandazzjonijiet lill-Assoċjazzjoni biex jiżdied il-livell ta’ skrutinju għal dawn l-applikazzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0