"Nemmen lil Joseph Muscat"

  • Apr 21, 2017 13:44
  • Miktub minn iNews

    "Nemmen lil Joseph Muscat"

         - Liliana Risiott

     

    L-eks ġurnalista tal-Partit Nazzjonlista Liliana Risiott iddikjarat fuq is-sit soċjali tagħha li hi temmen dak li qed jgħid il-Prim Ministru Joseph Muscat.

     

    Hi qalet li "fl-elezzjoni li għaddiet, minkejja li kont lini li xammejt it-telfa, xorta ħassejt u hekk għamilt, li għandi nivvota lill-Partit Nazzjonalista.  Dan għamiltu biss b'rispett lejn Dr. Lawrence Gonzi.  Aċċettajt it-telfa b'rasi 'l fuq u ppruvajt ħafna biex ngħin lill-Partit Nazzjonalista jipprova jsib it-triq lura iżda kif għidt dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista kien safa maħtuf.  Illum erba' snin wara u bil-provi li ma ħadt l-ebda 'iced bun', kif għajruni tul dawn is-snin in-Nazzjonalisti l-ġodda, b'wiċċi minn quddiem mill-ġdid ngħid li fil-kwistjoni tal-kumpanija sigrieta, nemmen lill-Prim Ministru Joseph Muscat u mhux l-allegazzjonijiet.  Ma naqbilx miegħu f'kollox iżda nemmen li l-elettorat, il-poplu, hu sovran u l-għażla tiegħu trid tkun rispettata.  Jalla li tabilħaqq jitla' ż-żejt f'wiċċ l-ilma biex dan il-pajjiż jissokta fil-paċi u l-bogħod mill-polarizazzjoni li ħakmitu tul dawn l-erba' snin li għaddew". 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0