"Nisfidah biex illejla jiġi f'dibattitu… se nħares f'għajnejh u ngħidlu li qed jigdeb"

  • Apr 21, 2017 11:22
  • Miktub minn iNews

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kif iddikjara li wara li lbieraħ kienet il-ġurnata tal-allegazzjonijiet, illum hi l-ġurnata tal-provi. Hu sfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil biex imur għal dibattitu fuq Xarabank illejla. Iddikjara li se jħares f'għajnejh u jgħidlu li qed jigdeb.

    Il-Prim Ministru qal li "bħalissa qed jinfetħu libelli u se jinstemgħu b'urġenza. Ħadt il-pariri legali u tlabt li tinfetaħ inkjesta u qed nifhem li din bdiet il-lejl li għadda. Hemm numri ta' punti li jien nemmen li għandhom jiġu determinanti b'mod ċar. 

    Il-bank qed jgħid li ma sarux pagamenti mill-bank lejn kontijiet tiegħi jew ta' marti. Ċaħad ukoll li hu xi darba kien klijent ta' dan il-bank. "Nistenna li dawn il-fatti li qed jgħid il-bank jiġu determinati mill-maġistrat inkwirenti li se jkollu l-aċċess kollu".

    Transfers bankarji ma jistgħux jitqattgħu għax hemm sistemi internazzjonali, li ma tistax tikkanċellahom.  Naħseb li hu faċli ħafna jekk kienx hemm dawn it-trasferimenti. 

    Nemmen f'politika differenti. Minflok se nappella għas-serenità. Iva ninsab imdejjaq b'dawn l-allegazzjonjiet. Ma niħux pjaċir li noqogħdu nitkellmu fuq dawn l-affarijiet. Il-Kap tal-Oppozizjoni għax qata' qalbu mill-argumenti politiċi qed jidħol għall- 'frame ups' u gideb u qed jipprova juża lil marti u lil uliedi. Qed jitfa' f'periklu il-qasam tas-servizzi finanzjarji. M'għandi xejn x'niddejjaq minn din il-kwistjoni. Dejjem għidt il-verità u se nibqa' ngħid il-verita. Nistieden lill-Kap tal-Oppożizzjoni għal dibattitu llejla fuq Xarabank", tenna l-Prim Ministru. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    Karmnu
    Apr 21, 2017

    Daphnie Caruana Galizia u l-PN il-bierah irnexxielhom idawwru l-attenzzjoni minn fuq il-ftehim tal-Gvern ma' diversi Unions regward il-Haddiema tac-civil.

    Irrispondi
  •  

Facebook