Amber magħżula biex tkanta qabel il-kunċert ta' Bruno Mars

  • Apr 21, 2017 08:40
  • Miktub minn iNews

    Il-kantanta Maltija Amber, magħrufa l-aktar għar-rappreżentazzjoni tagħha fil-“Eurovision Song Contest” tal-2015, se tkun l-artista magħżula li se tagħti prestazzjoni qabel il-kunċert tant mistenni ‘24k Magic World Tour’ ta’ Bruno Mars li se jsir f’Barclaycard Arena, Birmingham, fir-Renju Unit, nhar it-Tnejn 24 ta’ April.

    Lejn l-aħħar tas-sena l-oħra, Amber nediet l-ewwel studio album tagħha bl-isem ta’ ‘Redemption’. Aktar ‘l quddiem matul din is-sena, Amber se tkun qed iżżur numru ta’ pajjiżi Ewropej sabiex tagħti kunċert tagħha stess.  Sadanittant, Amber ħabbret li għandha hafna materjal preparat għall-album il-ġdid tagħha, kif ukoll li f’Novembru li gej se tkun qed tniedi l-ewwel single internazzjonali tagħha. 

    Fuq il-paġna ufficjali tagħha ta’ Facebook, Amber stqarret li tinsab ferm eċitata li ġiet magħżula bħala l-artista li se tagħti wirja mużikali waqt ix-show ta’ qabel il-kunċert ta’ l-artist ferm popolari Bruno Mars waqt it-tour li qiegħed jagħmel.

    ‘24K Magic World Tour’ beda ix-xahar li għadda f’Antwerp u se jkompli jdur madwar l-Ewropa qabel ma jmur l-Istati Uniti u l-Kanada.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0