Ġurnalist tal-BBC mhux ħati li ħebb għal nassab f’Għawdex

  • Apr 20, 2017 19:59
  • Miktub minn iNews

    Ġurnalist tal-BBC kien illiberat mill-akkużi li ħebb għal nassab f’Għawdex fuq nuqqas ta’ provi. Christopher Peckham ta’ 56 sena, kien mixli li fit-18 ta’ April li għadda, ipprova juża l-forza u jinsulenta lil Charlton Paul Attard.

    Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Joseph Mifsud irrimarka li l-ġurnalisti jilagħbu rwol importanti fid-demokrazija u għandhom jiġu mħarsa sakemm huma wkoll jimxu mal-liġi u ma jiksrux id-drittijiet tal-individwi. Qal li dawn m’għandhomx jiġbdu ritratti ta’ ċittadini f’ambjent privat mingħajr il-kunsens tagħhom. 

    Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti sabet lil Peckham mhux ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih fuq nuqqas ta’ provi. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Edel Mary Camilleri. 

    Sadanittant, fuq Youtube ittella’ filmat li fih intwera l-innoċenza ta’ Peckham. F’dan il-filmat, jidher l-attakk verbali u fiżiku li sar fuq it-tim tiegħu minn resident Għawdxi, li huwa suspettat li kien qed iżomm għasafar b’mod illegali. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0