Bormliż imbotta u waqqa’ Surġent waqt li kien qed jiġri warajh

  • Apr 20, 2017 18:55
  • Miktub minn iNews

    Surġent tal-Pulizija rrakkonta fil-Qorti kif waqt li kien qiegħed iżomm persuna taħt arrest fl-Għassa ta’ Tas-Sliema, dan tal-aħħar ħarab minn fuq il-post u meta l-istess Surġent mar jiġri warajh biex jaqbdu, dan imbuttah u waqqgħu.

    Is-Surġent Brian Mifsud, stazzjonat fl-Għassa tas-Sliema, kien qed jixhed fil-każ kontra Jason Micallef, żagħżugħ ta’ 22 sena minn Bormla li jinsab mixli li fit-22 ta’ Marzu li għadda, għall-ħabta tal-4.30 p.m., ħarab lill-Pulizija li kien għassa miegħu u saq vettura tal-għamla Volkswagen mingħajr liċenzja. 

    Micallef jinsab mixli wkoll li bejn Frar u Marzu ta’ din is-sena kiser il-kundizzjonijiet li bihom il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia tatu l-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor. 

    Is-Surġent Mifsud spjega lill-Maġistrat Aaron Bugeja li nhar it-22 ta’ Marzu, l-Ispettur Jonathan Ransley kien għaddielu mandat ta’ arrest fil-konfront tal-imputat. Meta mbagħad l-imputat mar jiffirma l-Għassa, is-Surġent infurmah li kien jinsab taħt arrest. 

    Malli ġie mgħarraf b’dan, l-imputat telaq jiġri minn fuq il-post, bis-Surġent jordnalu biex jieqaf. Kif kien nieżel mit-taraġ tal-bankina tal-Għassa biex isegwih, allegatament l-imputat imbutta lis-Surġent bil-konsegwenza li kkawżalu ġrieħi ħfief. Huwa qal li l-imputat ħarab minn fuq il-post permezz ta’ vettura tal-għamla Volkswagen. 

    Fix-xhieda tiegħu, l-Ispettur Jonathan Ransley spjega kif Micallef kien fost oħrajn m’attendiex għal kawża tal-Qorti u ommu qalet li kien ma jiflaħx meta mbagħad mar jiffirma fl-Għassa. Huwa qal li Micallef naqas milli jiffirma l-għassa madwar 20 darba. 

    Għaldaqstant ordna l-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest fil-konfront tal-imputat, u meta mar jiffirma nhar it-22 ta’ Marzu, is-Surġent informah li kien jinsab taħt arrest. Minkejja li rnexxielu jaħrab, l-imputat instab ġimgħa wara f’Bormla fejn kien arrestat. 

    Il-każ ikompli. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Jonathan Ransley filwaqt li l-Avukat Marion Camilleri qed tidher għal Jason Micallef. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook