“L-ekonomija Maltija trid tkompli tkun innovattiva”

  • Apr 20, 2017 10:46
  • Miktub minn iNews

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li biex l-ekonomija Maltija tkompli miexja 'l quddiem għandha tkompli tkun innovattiva. Il-Prim Ministru qal dan waqt li kien qed jindirizza laqgħa organizzata bejn il-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Ekonomiċi u Ernst & Young.

    Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru qal li fil-passat l-ekonomija Maltija kienet innovattiva fost l-oħrajn meta beda s-settur tal-igaming.  Madankollu l-Prim Ministru Muscat tenna li Malta ma għandhiex tistrieħ fuq settur wieħed.

    “Għalhekk hemm bżonn ta' aktar innovazzjoni. Hekk qed jagħmel il-Gvern. Pereżempju issa Malta se jkollha strateġija nazzjonali ta' national block chain, li se tinkoraġġixxi investituturi biex jiġu flimkien” qal il-Prim Ministru. 

    Saħaq li l-Unjoni Ewropea għandha tabraċċja din l-idea. Qal li bħalissa diġà hemm diskussjonijiet fuq livelli Ewropej. Madankollu tenna li Malta ma tistax tistenna x'se jagħmel ħaddieħor, iżda tkun innovattiva. 

    Fl-istess waqt, il-Prim Ministru qal li fl-aħħar erba snin Malta kellha prestazzjoni ekonomika tajba ħafna. Qal li Malta rreġistrat surplus, l-ewwel wieħed f'ġenerazzjoni, apparti żieda sinifikanti fl-esportazzjoni. 

    Il-Prim Ministru qal li Malta kompliet tkun innovattiva billi kabbret setturi ġodda, fosthom is-saħħa u l-edukazzjoni. Il-Prim Ministru saħaq l-investiment ta' Vitals u tal-Università Amerikana, għaqqad flimkien is-settur tal-edukazzjoni u tas-saħħa. Tenna li dawn iż-żewġ setturi se jwasslu biex aktar turiżmu mediku u studenti internazzjonali jiġu f'pajjiżna.

    Saħaq li Malta hija ċentru għal inizjattivi ta' start ups. Qal li l-loġistika hija wieħed mis-setturi ta' tkabbir u dan għandu jinfetaħ. Qal li għaddejjin diskussjonijiet biex jiġi analizzat kif dan is-settur jista jinġieb f'Malta. Qal li għal darb'oħra Malta għandha tkun innovattiva u timxi fuq il-passi ta' Singapore, billi timassimizza l-ispazju eleġibbli. Qal li din hija opportunita oħra għalina. 

    Intant meta kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti wara l-intervent tiegħu, il-Prim Ministru qal li mhuwiex etiku li l-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia tagħmel l-allegazzjonijiet li mbagħad ma jiġux ipprovati. Enfasizza li għandha tinżamm id-diċenza politika u ma jiġux attakkati l-familji. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0