Is-sejba ta' swar li kienu 'nqerdu'

  • Mar 21, 2017 08:34
  • Miktub minn iNews
"

    Is-sejba taħt it-Tritoni ... hija tas-St. Madaleine’s Lunette?

    Ix-xogħol li qed isir fuq il-Funtana tat-Tritoni wassal għal skoperta mhux mistennija li tista’ titfa’ dawl fuq dak li kien maħsub li ġara fuq il-fortifikazzjoni tal-Belt Valletta.

    Sa ftit tas-snin ilu kien maħsub li l-binja magħrufa bħala St. Madaleine’s Lunette kienet twaqqgħet fi żmien l-Ingliżi imma s-sejba ta’ ħitan fid-daħla tal-Belt turi li dan jaf ma kienx il-każ. Meta l-Kavallieri ta’ San Ġwann bnew il-Belt quddiem id-daħla bnew l-imsemmija binja biex tipproteġi l-istess daħla. Il-lunette fil-bidu kienet fil-forma ta’ nofs qamar imma mas-snin inbidlet għal waħda fil-forma tal-ittra V ippuntata lejn barra l-fortizza biex tilqa’ għall-attakk tal-għadu.

    Taħt il-ħakma tal-Ingliżi kien ġie propost it-twaqqigħ ta’ partijiet mill-fortifikazzjonijiet esterni għalkemm ħafna mill-ħsibijiet ma daħlux fis-seħħ. Fil-każ tas-St. Madaleine’s Lunette din kienet maħsuba li twaqqgħet u flokha saret il-Funtana tat-Tritoni.

    Madankollu r-restawr li qed isir fuqha u x-xogħol biex jissaħħaħ il-pedament wassal biex instabu ħitan li jistgħu jkunu parti mill-binja oriġinali. Fl-istess waqt għad m’hemm xejn ċert jekk il-ħitan humiex dawk oriġinali peress li jagħtu aktar fit-tond u mhux fid-dritt kif kienet maħsuba li nbniet is-St. Madaleine’s Lunette.

    Il-fdalijiet tas-swar instabu fejn qabel kien hemm il-latrini pubbliċi u ġew skoperti waqt li qed isir xogħol biex tinbena l-‘plant room’ ġdida li se tintuża fil-proġett tal-funtana. Is-sejba wasslet għal tibdil fil-pjanijiet peress li fl-istess sit kellha tinbena substation liema pjanijiet kellhom jiġu mibdula biex ikunu jistgħu jitħarsu dawn il-ħitan.

    Malli ħarġet din l-aħbar ġiet infurmata s-Sovrantendenza tal-Patrimonju Kulturali fejn ġie deċiż li jsiru aktar investigazzjonijiet arkeoloġiċi u saret talba biex il-fdalijiet jiġu integrati fil-proġett tal-Funtana.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0