Malta tiddiskuti x-xiri tal-mediċini ma’ pajjiżi oħra tal-UE

  • Mar 20, 2017 20:31
  • Miktub minn iNews

    Malta tinsab f’diskussjonijiet ma’ pajjiżi oħra fil-Mediterran dwar il-possibilita li jkun hemm xiri “reġjonali” tal-mediċini bl-iskop li tindirizza l-kwistjoni tal-prezzijiet tagħhom.

    Kien il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li tkellem dwar dan meta flimkien mal-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Vytenis Andriukaitis kien qed jindirizza lill-mezzi tax-xandir wara laqgħa f’Malta bejn il-ministri tas-saħħa tal-pajjiżi membri.

    Fearne semma wkoll kif fid-9 ta’ Mejju li ġej l-istess ministri tas-saħħa se jkollhom laqgħa importanti f’Malta mal-kapijiet tal-kumpaniji li jipproduċu l-mediċini.

    Dwar il-laqgħa li kellhom il-ministri tas-saħħa huwa semma li t-tliet oqsma li ddiskutew kienu l-ħxuna fit-tfal, l-HIV u l-AIDS kif ukoll il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi membri.

    Dwar l-obeżita fit-tfal huwa sostna li għalkemm il-‘policies’ qegħdin hemm jeħtieġ li nkunu daqstant ieħor kapaċi nimplimentawhom fejn anke semma kif l-iskejjel huma l-postijiet ideali fejn nibdew il-kampanji għal konsum aħjar tal-ikel.

    Fir-rigward tal-HIV u l-AIDS huwa saħaq li hemm bżonn li l-UE trid mhux biss li tittratta aktar każijiet imma wkoll li sal-2030 dan il-virus jinqered mill-Ewropa.

    Fuq il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi membri Fearne saħaq fuq il-bżonn ta’ kooperazzjoni fosthom fuq ix-xiri tal-mediċini kif ukoll fuq it-taħriġ tal-istudenti u t-tobba.

    Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa beda biex faħħar lil Malta għall-mod kif ippreparat it-temi li qed jiġu diskussi waqt il-Presidenza u rrimarka li dan jikkonferma kemm il-pajjiżi żgħar dejjem ikunu ippreparati b’temi progressivi.

    Huwa rrikonoxxa li hemm bżonn aktar azzjoni fuq l-obeżita fit-tfal dwar li dwar l-HIV/AIDS qal li fl-Ewropa hawn 800,000 li għandhom l-HIV u kull sena 30,000 jiġu infettati bil-virus.

    Andriukaitis qal li minbarra l-HIV u l-AIDS huwa ried li l-UE tindirizza wkoll il-marda tat-tuberkolożi u tal-Hepatitis C fejn qal li tal-aħħar taffettwa 5.5 miljun persuna fl-UE.

    Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa qabel ukoll li għandu jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn il-pajjiżi membri f’dan is-settur.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0