Illiberat minn akkuża li kkaġuna ġrieħi lir-raġel ta' oħtu

  • Mar 20, 2017 19:18
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta' 28 sena, ġie lliberat minn akkuża li kkaġuna ġrieħi lir-raġel ta' oħtu waqt argument, wara li rriżulta li kien hu li ġie attakkat. 

    Inizjalment Christian Cardona, kien ġie mixli bl-attentat ta' qtil fuq l-allegat vittma, wara li kien ġie allegat li huwa ħebb għalih b'sikkina u spara fid-direzzjoni tiegħu u ta' oħtu. 

    Il-każ seħħ fis-Siġġiewi f'Jannar ta' erba snin ilu.

    Jirriżulta li dakinhar li seħħ il-każ, Cardona mar id-dar ta' ommu, fejn hemm hekk qamet ġlieda bejnu u bejn ir-raġel ta' oħtu, ċertu George Falzon. L-Ispettur Roderick Zammit xehed huwa kien kellem lil Falzon waqt li kien qed jingħata t-trattament f'Mater Dei. 

    Falzon kien qal li l-akkużat kien ipprova jagħtih daqqa ta' sikkna u imbagħad spara diversi tiri fid-direzzjoni tal-karozza tiegħu, hekk kif huwa kien qiegħed isuq.

    Imbagħad Falzon qal fil-Qorti li l-akkużat kien intervjena f'argument li qam bejnu u bejn missier Cardona. Falzon qal fil-Qorti li Cardona spara għadd ta' tiri fil-konfront tal-karozza tiegħu, madankollu l-ebda wieħed ma laqat il-mira. 

    Iżda, kemm missier Cardona u kif ukoll l-akkużat xehdu li kien Falzon li kien agressiv, tant li kien hu li beda l-argument. 

    X'ħin ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti qalet li l-verżjoni ta' Falzon ma kinitx kredibbli, dan għaliex ma nstabu l-ebda skrataċ u lanqas marki tal-balal fil-karozza.  

    Filwaqt li l-Prosekuzzjoni rtirat l-akkuża tal-attentat ta' omiċidju hekk kif kienu għaddejjin il-proċeduri, il-Qorti qalet li l-verżjoni li ta Cardona kienet konsistenti mal-ġrieħi li sofra Falzon.

    Għaldaqstant il-Qorti qalet li ma kienx hemm biżżejjed provi biex Cardona jinstab ħati li kkaġuna ġrieħi ħfief lil Falzon. Fl-istess waqt, Cardona kien illiberat minn akkuża li kien fil-pussess ta' arma u dan wara li rriżulta li fil-fatt li kien il-vittma li pproduċa s-sikkina.

    Għall-imputat deher l-Avukat Joe Giglio. 

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0