L-Ispettur Taliana jinnega li ġie investigat fuq il-każ tal-ħruq tad-dar ta' Saviour Balzan

  • Mar 20, 2017 18:18
  • Miktub minn iNews

     

    L-Ispettur Elton Taliana, għal diversi drabi nnega li kien ġie investigat dwar il-każ tal-allegat ħruq tad-dar tal-Editur Maniġerjali ta' Media Today Saviour Balzan. 

    L-Ispettur Taliana qal fil-Qorti li l-persuna li nformat lill-Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien John Rizzo, setgħa kellha interess biex iddaħħlu fl-inkwiet. 

    L-Ispettur Taliana qal dan hekk kif fil-Qorti kompliet tinstema' l-kawża ta' libell li huwa fetaħ kontra il-ġurnalist ta' Malta Today Raphael Vassallo, dwar artiklu li kien intitolat, 'Police inspector in wrongful prosecution was investigated over 2007 Arson'. 

    Dan l-artiklu, li kien deher nhar il-21 ta' Awissu 2013, kien ġie ppubblikat wara l-investigazzjoni li kienet saret dwar l-arrest ta' Darryl Luke Borg, li fiha kien isemma l-Ispettur Elton Taliana. 

    Meta ġie mistoqsi dwar il-każ tal-ħruq tad-dar ta' Saviour Balzan, liema każ seħħ fl-2007, ix-xhud innega li huwa qatt ġie investigat. “Jien qatt ma kont investigat fuq dak il-każ tal-ħruq. Min għadda din l-informazzjoni ddeċieda li jagħmel hekk xahrejn wara l-annullament. Din il-persuna hija anonima għas-sistema, madankollu hija marret għand l-Eks-Kummissarju John Rizzo, u magħha kellha kopja tad-deċiżjoni tal-annullament” qal l-Ispettur Taliana. 

    Hawn hekk, il-Maġistrat Depasquale ġibed l-attenzjoni li fir-rapport kunfidenzjali li sar minn Rizzo, ingħad li informazzjoni kunfidenzjali waslet għandu, kienet tgħid li Taliana ma kienx il-persuna ideali għall-irwol li kien jokkupa.

    Għal aktar mistoqsijiet tal-Avukat Dalli, ix-xhud qal li f'dak iż-żmien huwa kien Surġent stazzjonat fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. “Huwa għalhekk li jien noġġezzjona u ngħid li huwa malizzjuż li jingħadu affarijiet bħal dawn. Jien fl-2006 ma kontx Spettur. Jien sirt naf bil-ħruq tad-dar minn fuq il-gazzetti” qal l-Ispettur Taliana.  Hawn hekk, huwa reġgħa tenna li hija għal din ir-raġuni li għalhekk huwa qatt ma ġie investigat dwar dan il-ħruq tad-dar.

    Fix-xhieda tiegħu, l-Ispettur Taliana qal li huwa ma kellu x'jaqsam xejn ma Pasqualino Cefai u ma' ċertu Duncan Petroni, li kien inżamm arrestat fil-Brażil fuq akkużi relatati ma' droga. 

    Fl-istess waqt, l-Ispettur Taliana qal li huwa qatt ma ħadem bħala bouncer f'Paceville. Meta, l-Avukat Veronique Dalli reġgħet staqsiet lill-Ispettur Taliana fuq din il-kwistjoni, ix-xhud rrifjuta li jwieġeb u tenna li “din hija s-sitt darba” li saritlu din il-mistoqsija.

    Sussegwentament, l-Avukat Dalli staqsiet lix-xhud jekk kienx hemm okkażjonijiet meta mporta l-armi. Ix-xhud wieġeb billi qal li dan ma huwiex minnu.

    Dwar l-arrest ta' Darren Luke Borg, Taliana qal li huwa kellem lil dan il-persuna darba biss, bħala xhud fuq każ separat ta' droga. 

    Ix-xhieda tal-Ispettur Taliana se tkompli f'Mejju li ġej.

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0