Tifel ta’ sena, fost tlieta mejta f’Londra

  • Mar 20, 2017 14:41
  • Miktub minn iNews

    Matul tmiem il-ġimgħa li għadda, f’Londra, seħħew xejn inqas minn tlett delitti separati f'temp ta' inqas minn 24 siegħa. Tifel ta’ sena, bl-isem ta’ Gabriel, huwa fost dawk li tilfu ħajjithom f’wieħed minn dawn id-delitti. 

    Il-mewt ta’ Gabriel qed tissejjaħ bħala inċident domestiku peress li kollox qed jindika li t-tifel inqatel b’daqqa ta’ martell. 

    Il-każ seħħ is-sibt filgħaxija għall-ħabta tal-11.10pm, fejn Gabriel flimkien ma’ oħtu tewmija nstabu bi ġrieħi gravi u ttieħdu l-Isptar fejn sfortuntament Gabriel tilef ħajtu. Oħtu għadha qed tissielet għal ħajjitha wara li hi ukoll qalet xi daqqiet b’martell. Bidhya Sagar Das ta’ 33 sena kien arrestat b’rabta ma’ dan il-każ. 

    Xhieda fuq il-post semgħu għajjat kbir, u ġara li tgħix qrib id-dar fejn instabu dawn it-tfal, irrakkontat li semgħet lil ommhom tgħajjat. Mingħajr ma’ kienet taf x’ġara, il-ġara offriet l-għajnuna lill-omm it-tfal billi ċemplet lill-puliizja.

    Intant, ilbieraħ wara nofisnhar, raġel instab mejjet f’Hackney fil-Grigal ta’ Londra. Huwa maħsub li l-vittma għandu 20 sena, waqt li raġel ta’ 28 sena ġie arrestat mill-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ.

    L-aħħar każ minn dawn it-tlieta seħħ ilbieraħ filgħaxija f’Barking għall-ħabta tas-7.10pm fejn żagħżugħ inqatel wara li ġew sparati tiri ta’ arma tan-nar f’rasu. Huwa ttieħed l-isptar u miet ftit wara. Raġel ta’ 20 sena qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ dan il-każ.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook