It-tenur Fra Alessandro għal darb'oħra f'pajjiżna...din id-darba ikanta bil-Malti!

  • Mar 20, 2017 11:29
  • Miktub minn iNews

    Il-kunċert ta’ Frate Alessandro u l-Isptar Great Ormond ta’ Londra

    M’hemmx isbaħ milli l-elementi mużikali jitnużaw biex bihom jinġabru flus b’risq il-morda u nies fil-bżonn. Għat-tieni darba  konsekuttiva il-kunċert ta’ Frate Alessandro Brustenghi ġie u għadda. Matul il-kunċert li sar fil-knisja arċipretali ta’ San Publju, il-Furjana nhar is-Sibt 4 ta’ Frar 2017, quddiem udjenza numeruża, il-Fra umli wera l-kapaċitajiet vokali sbieħ tiegħu kif ukoll il-ħeġġa lejn il-Mulej.

    Miegħu wkoll is-soprano magħrufa Maltija Ruth Sammut Casingena li kompliet issebbaħ il-lejla bil-vuċi mill-isbaħ ta’ sopran. Ma naqsux li jakkumpanjaw lil dawn iż-żewġ kantanti bil-kapaċitajiet mużikali tagħhom l-Organista Furjaniż Stephen Camilleri u l-Arpista u Ċellista Jacob Portelli.

    Tabilħaqq kienet lejla ta’ mużika sagra mill-aqwa ippreżentata minn Elisa Saliba u George Cassar u li tant xerqet fil-knisja arċipretali ta’ San Publju, issa mżejna b’żewġ linef ġodda u kbar fil-kappelluni.

    Il-kunċert li sar taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, minbarra fil-preżenza ta’ udjenza numeruża, sar ukoll taħt il-preżenza tal-Arċisqof  Emeritu Pawl Cremona O.P. , l-Arċipriet tal-Furjana  Dun Richard Borg, is-Sindku tal-Furjana Davina Sammut Hili u l-Ambaxxatur Irlanda Padraig McCorsair kif ukoll diversi deputati mill-ewwel distrett.

    Matul il-kunċert Frate Alessandro kanta is-siltiet Virgin Tutto Amor ta’ Francesco Durante, Candido Fior di Frumento ta’ Luciano Migliavacca, Camminate nella Carità, ta’ Luciano Migliavacca, Panis Angelicus ta’ Cezar Frank, flimkien ma’ Ruth Sammut Casingena, Madonna del Claritate, ta’ M.E. Bossi u T. Zardini, u Make me a Channel of Your Peace ta’ Sebastian Temple.

    Filwaqt li Ruth Sammut Casingena kantat Ave Maria ta’ Michal Lorenz, All Nature Sings God’s Praises ta’ Ludwig von Beethoven, Pie Jesus ta’ Andrew Lloyd Weber, I’ll Walk With God ta’ Nicholas Brodszky u Amazing Grace flimkien ma’ Frate Alessandro.

    Sadattant Stephen Camilleri daqq solo fuq l-orgni Lascia ch’lo Pianga ta’ G.F. Haendel, Suite No. 4 in D Minor Sarabande ta’ G.F. Haendel u Jacob Portelli fuq l-Arpa daqq Watching the Wheat ta’ John Thomas. Fl-aħħar nett tkanta l-Innu Malti

    Sadattant lejn tmiem il-kunċert saru kelmtejn li qanqlu lill-udjenza  mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, kif ukoll Chris Vella, il-President tal-Każin Vilhena li kien qed jorganizza l-kunċert. Il-kunċert kien organizzat biex d-donazzjonijiet miġbura jmorru għall-Malta Community Chest Fund Foundation u l-flus se jiġu preżentati nhar Ħadd il-festa ta’ San Publju fil-Każin tal-Banda Vilhena.

    Il-President Marie-Louise Coleiro Preca, fakkret li d-dehra tal-korsija tal-knisja arċipretali ta’ San Publju mimlija daqstant bin-nies. kienet tfakkar li meta kienet żgħira kienet tiġi fiha ma’ missierha Anthony, Furjaniż, għall-festa tal-qaddis patrun San Publju.

    Sadattant hi tkellmet fit-tul dwar il-paċi u fakkret kemm din saret fraġli fid-dinja tal-lum u kemm hu importanti li naħdmu għaliha u ngħożżuha. Għaldaqstant, ħeġġet biex kulħadd jagħti sehmu għaliha.

    F’diskors imqanqal, il-President tal-Każin tal-Banda Vilhena, Chris Vella filwaqt li  fisser kif il-kumitat tiegħu ppreżenta għat-tieni darba dan il-kunċert bis-sehem tal-Fra  Franġiskan Alessandro Bustenghi, fakkar bi kliem emozzjonanti li xahrejn qabel esperjenza kemm kienet ta’ siwi l-Fundazzjoni tal-Community Chest Fund minħabba li hu stess kien fl-Isptar ta’ Londra Great Ormond Street Hospital fejn b’telefonata mill-President Marie-Louise Coleiro Preca ħassu onorat u mhux minsi. Hu rringrazzja lil dan il-Fond li tant jagħmel ġid u ħeġġeġ biex kulħadd jgħinu għax f’xi ħin kulħadd jista’ jiġi bżonnu.

    Kienet is-sorpriża ta’ dan il-kunċert memorabbli li fl-aħħar, bi kliem ċar u bl-Ilsien Malti, Frate Alessandro kanta l-għanja Maltija Dieħla Ġo Qalbi u li għaliha ngħata standing ovation.

    Jalla kunċerti bħal dawn ikomplu jsiru għax jidher li hemm appoġġ kbir mill-udjenza u li bihom fondazzjoni li tagħti spalla lil min hu fil-bżonn bħalma hi l-Community Chest Fund tkun megħjuna.

    Ħajr lill-mexxejja tal-Każin tal-Banda Vilhena li għat-tieni darba kienu l-mutur wara dan il-kunċert ta’ mużika sagra. Forsi kienet ħasra li ma ndaqqitx imqar silta waħda minn kompożitur Malti, mm ahemm ic-cans li darb’ohra dan isir kif ukoll nattendu ghall-kuncert fil-Gzira Ghawdxija. Din kienet ix-xeweqa ta’ Mons Mario Grech meta kellu zjara ta’ kortesija minn Frate Alessandro, li wkoll kell aktar zjarat ufficjali fosthom lill-E.T. Il-President ta’ Malta, kif ukoll lill-mons Arcisqof fil-kurja Arciveskovili ta’ Malta. Intant meta lura lejn l-ajruport il-President tal-Banda Vilhena cempel lill-President ta’ malta, fejn wara li rringrazzja talli onorat lilna bhala komunita’, sellemt lil Fate Alessandro li xtaq li jkellimha u jirringrazzjha tal-ospitalita’ li nghata f’Malta kif ukoll mill-Ecc.Taghha stess. Proset lil kull min ħa u ta’ sehem għas-suċċess.

    Kitba ta' George Maggi

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook