Id-dramm ta' Piscopo jqanqal interess qawwi... 300 biljett fi 3 ijiem!

  • Mar 20, 2017 10:35
  • Miktub minn iNews

     300 mitt biljett jinħatfu f’3 ijiem! Fejn Jeħodna r-Riħ: Id-dramm il-ġdid ta’ Clive Piscopo

    Jekk xi kultant inħossu li l-udjenzi qegħdin dejjem jonqsu fit-teatri tagħna, dan ma jidhirx li huwa l-każ għal Fejn Jeħodna r-Riħ, id-dramm il-ġdid ta’ Clive Piscopo.  Għalkemm se jittella fil-Kavallier ta’ San Ġakbu xahar ieħor, iktar minn 300 biljett inħatfu mill-ewwel hekk kif infetaħ il-booking ftit jiem ilu.

    “Li n-nies jaħsbu daqshekk kmieni mhix l-iktar ħaġa komuni,” qalilna Clive Piscopo, li kiteb u se jieħu sehem f’dan id-dramm. “Il-Maltin għandna ħabta nħallu ftit għall-aħħar. Allura kuntent immens li kien hemm dan ir-rispons qawwi għax-xogħol il-ġdid tiegħi minn xahar qabel. Huwa sinjal sabiħ ta’ kemm xogħolok huwa apprezzat.” 

    Piscopo kompla jikkummenta kif sentejn ilu kien produċa Tikber u Tinsa ta’ Simon Bartolo. “Kellna tlett serati bit-teatru tal-Kavallier ta’ San Ġakbu ppakkjat sa’ ruħ ommu u bin-nies mal-bieb jitolbuna li nżidu siġġijiet żejda, xi ħaġa li sfortunatament ma stajniex nagħmlu. Qed nittama li din id-darba, in-nies ikomplu jaħsbu qabel biex ma jkollhomx id-diżappunt li xtaqu jiġu u ma leħqux biljett.”

    Filfatt id-direttur artistiku tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Dr Toni Sant qalilna li “wara s-success ta' Tikber u Tinsa, ħassejna li huwa essenzjali li nkompli nappoġġaw ix-xoghol kreattiv ta' Clive Piscopo. Rajna li għandna nikkoproduċu x-xogħol teatrali li jmiss tiegħu, flimkien miegħu. Fl-istrategija ta' Spazju Kreattiv aħna rridu naħdmu preċiżament fuq it-tip ta' xogħol għall-udjenzi li jiġbed it-teatru ta' Clive. Din opportunita biex niddiversifikaw it-tip ta' udjenzi li jipparteċipaw fil-programm ta' Spazju Kreattiv, kif ukoll biex inwessgħu t-tip ta' xogħolijiet teatrali li noffru matul is-sena.”

    Allura wara s-suċċess ta’ sentejn ilu, x’għandna nistennew minn din il-produzzjoni ġdida? 

    L-istorja ta’ Fejn Jeħodna r-Riħ tiffoka fuq żewġt aħwa li m’għandhom xejn f’did-dinja ħlief lil xulxin u bagalja tal-injam kull wieħed. 

    It-tnejn li huma maħrubin u jiġru minn post għal ieħor mingħajr ma qatt iniżżlu l-ankri mkien. Ħadd ma jaf min huma, minn fejn ġejjin jew fejn sejrin. U wisq inqas x’hemm moħbi f’dawk iż-żewġ bagalji li jġorru magħhom kull fejn imorru. Imma huwa l-kontenut ta’ dawn il-bagalji li żamm liż-żewġt aħwa ħajjin u flimkien għal tmintax-il sena sħaħ.

    Iżda meta jaslu Malta u jerħulha fuq l-iktar vjaġġ perikoluż ta’ ħajjithom, il-passat tagħhom malajr jurihom li hu ħafna iktar b’saħħtu milli ħasbu ... U jaf għandu l-aħħar ftit sorpriżi għalihom ukoll. 

    B’kitba ta’ Clive Piscopo u b’direzzjoni ta’ Lee-N Abela, il-kast ta’ dan id-dramm jinkludi lil Clive Piscopo, Peter Galea, Eric Grech, Louise Fenech u Nichail Portelli, kif ukoll lil Keith Marshall, Gilbert Mallia, Chris Camilleri, Shana Kirsty Atkins, John Vassallo u Amanda Sammut Cachia. 

    Dan il-proġett qed issir f’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv. Se jittella’ nhar il-21, 22, 23 u 27, 28, 29, 30 ta’ April ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu u l-biljetti jinkisbu minn www.kreattivita.org

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0