Minn fuq it-toilet għal reality show

  • Lul 19, 2012 09:04
  • Miktub minn
"

    Min ma rax ir-reklam ta’ Phil Cope fuq it-toilet jikseb l-aħħar aħbarijiet fuq l-iPad tiegħu? Ħafna kienu l-kummenti dwar dan ir-reklam li nfirex mal-erbat irjieħ tal-pajjiż. Issa minn irid jikkummenta f’wiċċ Phil se jkollu ċ-ċans kollu li jagħmel dan… minn għada.

    U min ma rax ir-reklam tal-GO ta' Althea, tfajla sabiħa li fuq il-bajja tinħal għal raġel li miegħu ftit kellha ċans? Anke ma' Althea wieħed se jkun jista' jikkomunika.

    Fil-fatt matul tmiem il-ġimgħa li ġej Althea u Phil se jkunu tnejn minn erba’ personalitajiet li se jirkbu fuq cabin cruiser lussuż biex jieħdu sehem f’reality show innovattiv, l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu f’pajjiżna.

    Kollox huwa ppjanat sal-anqas dettall biex dan kollu jinżel tajjeb mal-konsumaturi u l-udjenzi televiżivi f’dan iż-żmien li bħalissa jkunu qed igawdu l-vaganzi tagħhom tas-sajf. Matul tmiem l-ġimgħa partijiet minn dan ir-reality show ser jixxandru live fuq ONE.

    Il-pubbliku ivvota għal Phil Cope u Althea Corlette bħala l-preferiti tagħhom fost il-karattri tal-kampanja ta’ GO. Phil u Althea issa ser jingħaqdu ma’ żewġ personalitajiet oħra Maltin għal avventura ġdida fejn din id-darba se jkunu qegħdin jgħixu fuq din id-dgħajsa lussuża taħt l-għajnejn kurjużi tal-kameras. Phil u Althea tkellmu ma’ inewsmalta.com dwar l-għażla tagħhom biex jagħmlu r-reklam tal-GO u dwar dak li mistennija jgħaddu minnu fi tmiem il-ġimgħa.

    Il-cabin cruiser se jkun marbut f’Tas-Sliema ħdejn il-Ferries (qrib it-trailer mowbajl ta’ GO),, bl-attività abbord tkun waħda mimlija azzjoni, bi sfidi u kompetizzjonijiet kontinwi li jipprovdu divertiment għat-telespettaturi.

    Dawk li jkunu għaddejjin mix-xatt ta’ Tas-Sliema dak il-ħin tal-attività se jkunu jistgħu jieħdu sehem f’dan r-reality show huma wkoll. Dan permezz ta’ billboard interattiv li se jkun hemm apposta fit-triq tax-xatt u li bih il-membri tal-pubbliku se jkunu jistgħu jkellmu lill-personalitajiet li jkunu fuq d-dgħajsa.

    Fil-programm se jieħdu sehem wkoll it-3ARTISTS, it-tlett kantanti li ħolqu d-diska uffiċjali tal-kampanja ta’ GO “OUR TIME”. Errol Sammut, Nick Gravino u Nicky Morales se jdoqqu live is-Sibt filgħaxija, f’attività li mistennija tkun il-qofol tal-programm kollu.

    Ritratt u Filmat: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0