Il-Grand Prix tal-Ġermanja fil-Klabb McLaren

  • Lul 18, 2012 18:33
  • Miktub minn

    Il-Ħadd 22 ta’ Lulju fis-14.00, il-Klabb tal-McLaren f'Malta se juri dirett fuq skrin kbir l-għaxar tellieqa tal-Kampjonat Dinji tal-Formula Wieħed għal dan l-istaġun meta fuq iċ-ċirkwit ta’ Hockenheim isir il-Grand Prix tal-Ġermanja. Ċirkwit twil 4.574 kilometru b’67 dawra. Din it-tellieqa timmarka eżatt nofs il-kampjonat li din is-sena jinkludi 20 Grands Prix.

    Il-McLaren F1 Club ta’ Malta jistieden lid-dilettanti kollha ta’ dan l-isport popolari biex jingħaqdu ma’ membri tal-klabb fis-Serjeant’s Mess fil-Padiljun tal-Isports f’Kordin biex wara li jsegwu flimkien it-tellieqa jkollhom l-opportunità li jistgħu jirbħu oġġett relatat mal-Formula 1.

    Għas-sewwieq tal-McLaren Lewis Hamilton din se tkun il-mitt Grand Prix għalih minn meta ħames snin ilu beda l-karriera tiegħu fil-Formula Wieħed mal-Vodafone McLaren Mercedes. Matul dan il-perjodu huwa rebaħ tmint itlielaq, tela’ fuq il-podju 46 darba, 21 darba fil-pole position u fl-2008 rebaħ il-Kampjonat Dinji tal-F1. F’dik is-sena kien rebaħ ukoll il-Grand Prix tal-Ġermanja għall-ewwel darba fuq iċ-ċirkwit ta’ Hockenheim.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0