Pinta birra perfetta u x-xjenza tagħha f'Evenings on Campus

  • Lul 18, 2012 11:45
  • Miktub minn

    Qatt ħsibt kif tista’ tagħmel l-aqwa pinta birra? Jew kif issir il-birra? X’tip ta’ ħmira? Kif tista’ tagħmel 1,000 varjetà ta’ birra u, waqt li tuża biss ftit ingredjenti, kollha kemm huma jkollhom togħma differenti? X’inhi x-xjenza li twassal għall-produzzjoni tal-birra?

    Martin Polidano, Brewer & Process Block Manager ma’ Farsons, se jagħti taħdida tdwar ‘Ix-Xjenza tal-Birra’ waqt l-Evenings on Campus. Din se ssir nhar il-Ħadd, 29 ta’ Lulju, fit-20.00 fil-Quadrangle (Atriju Vassalli),, l-Università ta’ Malta. Il-Fondazzjoni Farsons qed tisponsorja din l-attività u se tipprovdi birra b’mod kumplimentari skont it-tema speċjali ta’ din il-lejla.

    Polidano se jsemmi fatti storiċi fi vjaġġ dwar ix-xjenza tal-birra, u jgħid min ivvinta kif issir il-birra, u min jista’ jgħid li kien hu li ferra’ l-ewwel pinta. Il-birra kienet waħda mill-ewwel esperimenti li ma kienx hemm kontroll fuqhom, li seħħ b’kumbinazzjoni, fi Żmien il-Bronż. Illum, il-birer huma addattati skont l-istaġuni.

    Il-process tal-brewing tal-birra llum hu għal kollox ikkontrollat. Polidano se jagħti dettalji dwar il-proċess kollu: mit-taħlitiet ikkontrollati b’attenzjoni li l-birrar ikejjel għas-sodisfazzjon tal-klijent li jkun qed ifittex l-aqwa pinta, sal-birreriji kbar li fis-sajf jaqtgħu l-għatx ta’ ħafna.

    Il-qligħ mill-biljetti jmur għar-Research, Innovation and Development Trust (RIDT), tal-Università ta’ Malta. Għal aktar tagħrif dwar RIDT, wieħed jista’ jżur is-sit: www.ridt.org.mt

    Il-biljetti jinkisbu mill-bieb għal prezz ta’ €5, jew minn Room 133, Administration Building fl-Università ta’ Malta. Bookings jistgħu jsiru b'imejl: eveningsoncampus@um.edu.mt

    tel: 2340 2043/2340 2142 jew bl-sms fuq 79843480.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0