"Direzzjoni ekonomika konfliġġenti" - Mangion

  • Lul 18, 2012 12:33
  • Miktub minn
"

    Il-Kelliem Laburista għall-finanzi, Charles Mangion, qal li fi stqarrija li “l-istatistika dwar l-inflazzjoni, li għadha kif kienet ippubblikata tikkonferma kemm il-politika GonziPN falliet.”

    Mangion qal li l-inkwiet intern fi ħdan il-gvern qed joħloq instabbilta’ li qed tkun riflessa fi tnaqqis ekonomiku. “Dan kollu qed iwassal għal riċessjoni, kif inhu statistikament ikkonfermat,” żied jgħid Mangion.

    “Ir-rata annwali ta’ inflazjoni ta’ 4.4% meta fl-istess waqt l-ekonomija mhijiex qed tikber, tikkonferma direzzjoni konfliġġenti ekonomika fis-sens li meta għandek tnaqqis ekonomiku, wieħed jistenna li l-prezzijiet jonqsu u mhux jiżdiedu.

    “F’Malta l-inflazzjoni baqgħet tirranka ‘l fuq minkejja wkoll li l-prezzijiet internazzjonali taż-żejt qegħdin jonqsu,” kompla Mangion.

    “Aktar gravi u ta’ ħsara għal pajjiżna huwa l-fatt li l-oqsma li bejn Ġunju 2011 u Ġunju 2012 kellhom rata ta’ inflazzjoni għolja huma dawk l-aktar essenzjali għall-familji, fosthom l-ikel u xorb, is-servizzi tas-saħħa, it-trasport, tagħlim u edukazzjoni u servizzi oħrajn ġenerali,” żied Mangion fl-istqarrija tiegħu.

    Mangion qal ukoll li “meta wieħed iqabbel il-pagi tagħna ma’ dik tal-medja fiż-Żona Ewro jirriżulta li filwaqt li d-dħul medju għal kull siegħa xogħol għall-ħaddiema fiż-Żona Ewro huwa ta’ €27.6 kull siegħa, dik ta’ ħaddiem Malti hija ta’ €11.9 kull siegħa.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0