Tifel salvat minn għarqa

  • Lul 18, 2012 11:03
  • Miktub minn
"

    Ġurnata l-baħar kienet se tinbidel fi traġedja għal grupp ta' tfal minn għaqda volontarja f'Bormla. Grupp ta' madwar 30 tifel u tifla ttieħdu ġurnata l-baħar. Jakkumpanjawhom kien hemm numru ta' voluntiera. Għall-ħabta tal-10:00, hekk kif il-voluntiera kienu qegħdin ilibbsu t-trainers lit-tfal, wieħed minnhom żgiċċa minn quddiem għajnejn il-voluntiera u mexa lejn il-baħar.

    Hekk kif daħal fl-ilma, it-tifel ta' erba' snin sab ruħu f'diffikultà.

    Waħda mill-voluntieri, Erika Johansson (ritratt), qabżet għat-tifel u tellgħetu mill-baħar. Johansson hija Svediża u tinsab Malta biex tagħmel xogħol ta' volontarjat.

    Fuq il-post issejħu l-pulizija tad-distrett u ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tat-tifel għadha mhix magħrufa.

    L-inċident seħħ fil-Bajja s-Sabiħa Birżebuġa. It-tifel flimkien mal-ġenituri tiegħu huwa residenti fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far.

    Ritratt: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0