“Is-saħħa tal-unjins tista’ tgħinhom ħafna lil dawk bla vuċi”

  • Jan 12, 2017 10:15
  • Miktub minn iNews

    Ftit tal-jiem ilu l-Kummissjoni Ewropea temmet eżercizzju li fih persuni, unjins u għaqdiet oħra setgħu jsemmgħu leħinhom fuq id-drittijiet socjali. Fl-aħħar snin, bil-krizijiet li inqalgħu rajna kif kategoriji sħaħ ta' ħaddiema tilfu l-fiducja fl-Unjoni Ewropea. Setturi sħaħ ta' ħaddiema spiccaw bla xogħol dicenti, pagi baxxi, livell ta' għixien dejjem jonqos u nuqqas ta protezzjoni socjali. Anki f'Malta, apparti li mhux kulħadd qed igawdi mit-tkabbir ekonomiku sostanzjali li qed isir, xi ħaġa li l-Gvern qed jindirizzaha, hemm oħrajn li jgħidulek li qed jaqilgħuha tajjeb imma għal dan iridu jaħdmu aktar minn 40 siegħa. Jilmentaw li spicca l-bilanc bejn xogħol u familja. Jafu fi xħin jibdew xogħol imma ma jafux fi xħin jispiccaw għax ikomplu jaħdmu mid-dar.  Riżultat ta' dan għadd ta' cittadini tilfu l-fiducja.  L-Unjoni Ewropea spiccat bi sfida difficli dik li kiber l-ammont ta' nies li tilfu l-fiducja fiha. Dawk li qed jispiccaw emarġinati jew iħossuhom imwarrbin qed jesprimu dan b'mezzi politici. F’Malta għad hawn kategoriji ta’ nies li għadhom mhux igawdu mit-tkabbir sostanzjali tal-ekonomija, xi ħaġa li l-Gvern qed jirrikonoxxiha u fil-fatt fl-aħħar baġit daħħal għadd ta’ miżuri. 

    Inewsmalta tkellmet mal-Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta Alfred Baldacchino fejn hu saħaq li l-unions, huma fost dawk l-entitajiet soċjali fis-soċjetà ċivili li jistgħu jgħinu ħafna bis-saħħa tagħhom u bl-appelli li huma jagħmlu għas-solidarjetà biex flimkien ma’ istituzzjonijiet oħrajn fis-soċjetà, ifakkru lil min qed jieħu d-deċiżjonijiet li hemm maġġoritajiet jew minoritajiet mingħajr vuċi jew b’vuċi inqas u li hemm bżonn li jinstemgħu. 

    Dan fid-dawl tal-fatt li hemm min qed jibbenefika ħafna u hemm oħrajn li qed jibbenefikaw inqas. “Dawk li jibbenefikaw inqas qed iħossuhom emarġinati u qed isibu wkoll mezzi politiċi kif jesprimu din il-marġinalizzazzjoni,” spjegalna il-Prof. Baldacchino. 

    Dan għaliex fl-aħħar mill-aħħar, żied jgħid il-Pro-Rettur tal-Università ta’ Malta, “soċjetà b’saħħitha, hi soċjetà li tilqa’ lil kulħadd u mhux dawk biss li fi kliemu “jirnexxielhom jerbħu s-sinjali li jogħġbu lis-suq f’dak il-mument.”

    Sadanittant, fl-aħħar ġimgħat kienet inbdiet petizzjoni onlajn mill-European Trade Union Confederation (ETUC), li l-GWU tagħmel parti minnha, bit-tema, “Id-drittijiet soċjali l-ewwel.” Permezz ta’ din il-petizzjoni, inġabru firem biex issir pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea biex tattwa r-rakkomandazzjonijiet tal-ETUC dwar id-drittijiet soċjali. 

    Min-naħa tagħhom, it-trejdunjins ħadmu fuq pjan biex id-drittijiet soċjali jitpoġġew qabel l-interessi tal-banek u tan-negozji l-kbar. 

    Fost l-oħrajn din il-kampanja ħeġġet għal Ewropa soċjali b’xogħol diċenti u ekonomiji iżjed ġusti, pagi aħjar u standards ogħla ta’ għixien, protezzjonijiet ġodda għall-ħaddiema u infurzar iżjed b’saħħtu tad-drittijiet eżistenti u t-tmiem tal-isfruttament tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

    Din il-kampanja ġiet fi tmiemha fl-aħħar tas-sena li għaddiet, u b’kollox inġabru 15,531 firma.

    Dwar din il-kampanja, Inewsmalta ħadet ukoll il-kummenti tas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Josef Bugeja, fejn saħaq li l-union qed tipparteċipa b’mod attiv fil-formulazzjoni tal-kampanja kemm fuq skala lokali u dik Ewropea. 

    Bugeja qal li jaqbel perfettamen li l-Unjoni Ewropea għandha terġa’ tikseb ir-ruħ soċjali li kienet parti mill-ħolqien tal-istess Unjoni. 

    “Dan għaliex waqt mumenti ta’ kriżi finanzjarja, l-aspett soċjali tal-UE sfaxxa. L-UE għandha terġa’ tiggwadanja r-ruħ soċjali fejn in-nies jiġu qabel l-istituzzjonijiet finanzjarji,” temm jgħid is-Segretarju Ġenerali tal-GWU. 

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    Sdei Trumot
    Jan 13, 2017

    Meta ser jibdew id-diskussjonijiet fuq il-ftehim kollettiv taghna l-haddiema tal-gvern? Insejtuna Unions lilna?

    Irrispondi
  •  

Facebook