Tmienja mill-gabbani fid-daħla tal-Belt kienu illegali

  • Jan 12, 2017 09:00
  • Miktub minn iNews

    Xejn inqas minn tmien gabbani minn erbatax li kien hemm fid-daħla tal-Belt mad-dawra tal-funtana tat-Tritoni, kienu qed jokkupaw art tal-Gvern illegalment.

    Dan irriżulta minn tweġiba li ngħatat mill-Prim Ministru Joseph Muscat meta fil-Parlament kien mistoqsi mid-Deputat Robert Arrigo dwar l-ammont ta' gabbani li ġew affettwati bil-proġett li qed isir tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza Tritoni. 

    Il-Prim Ministru żied jispjega li s-sitt gabbani l-oħrajn li kien għadhom qed joperaw fid-daħla tal-Belt sal-aħħar xhur tas-sena li għaddiet, għalkemm kellhom il-kirja tterminata fl-2011, kienu baqgħu jokkupaw l-istess gabbana b’mera tolleranza ben konsapevoli li l-proġett kien imminenti. Ebda waħda mill-gabbani ma ġiet rilokata f’post permanenti jew temporanju. 

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook