Raġel mixli bi vjolenza domestika fuq martu jingħata l-ħelsien mill-arrest

  • Jan 11, 2017 16:00
  • Miktub minn iNews

    Raġel li jinsab mixli bi vjolenza domestika fil-konfront ta’ martu ngħata l-libertà proviżorja wara 11-il ġurnata miżmum taħt arrest preventiv. 

    Huwa mifhum li l-imputat, li ismu mhux jixxandar fuq ordni tal-Qorti biex tiġi protetta l-identità tal-allegati vittmi, kien arrestat lejliet l-Ewwel tas-Sena wara li martu ċemplet lill-Pulizija mid-dar ta’ waħda mill-ġirien.

    Fil-Qorti, ir-raġel jinsab mixli li kkaġuna ġrieħi gravi lil martu, li insulentaha u heddidha. 

    Meta kien tressaq fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, intqal li l-imputat kien taha daqqa ta’ ponn wara li ħaseb li setgħet kienet qed teqlibilhu. Hija u tipprova tiżgiċċa minn taħt idejh, il-mara qabżet erba’ turġien u spiċċat biex kisret sieqha. 

    Ir-raġel ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €5,000. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront ta’ martu u wliedu. 

    Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur John Spiteri waqt li l-Avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u Marion Camilleri dehru għall-imputat.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0