BirdLife tappella għall-għaqda mal-kaċċaturi biex flimkien jipproteġu ċ-Ċnji

  • Jan 11, 2017 15:30
  • Miktub minn iNews

    BirdLife Malta lbieraħ għamlet sejħa lill-federazzjoni tal-kaċċaturi biex tħares ’il quddiem u tingħaqad magħha biex flimkien jipproteġu l-għasafar, dan wara li l-wasla taċ-ċinji f'Marsalforn uriet li l-parti l-kbira tal-Maltin u l-Għawdxin japprezzaw in-natura u jridu jgawduha mingħajr ma b’xi mod jagħmlulha l-ħsara. 

    BirdLife innotat fi stqarrija li anke nies li s-soltu joħorġu għall-kaċċa f’dan il-każ apprezzaw is-sbuħija naturali tal-għasafar ħajjin u rrimarkat li dan jista’ biss jawgura tajjeb għall-interess komuni ta’ pajjiżna. Filwaqt li hija xi ħaġa minn ewl id-dinja li n-nies iridu jitimgħu liċ-ċinji, BirdLife enfasizzat ir-riskji marbutin ma’ dan u li l-ħobż għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun. 

    Bl-għajnuna u l-assistenza professjonali tal-veterinarju tad-WBRU, ġiet stabbilita proċedura biex iċ-ċinji jingħataw l-ikel u li għandha tgħinhom biex jerġgħu jieħdu saħħithom u jtellgħu biżżejjed enerġija biex ikunu f’pożizzjoni li jkomplu bil-vjaġġ tagħhom. Eventwalment il-kwantità tal-ikel li qed jingħataw tibda titnaqqas bil-mod il-mod bl-iskop li l-għasafar jiġu stimulati jfittxu postijiet oħrajn fejn jieklu u possibbilment ikomplu jpassu. BirdLife qalet li dan l-intervent kien meħtieġ biss għax il-gżejjer tagħna ma jipprovdux il-ħabitat ideali għal tajr bħal dan. Sadanittant, il-ferħ li kien iżolat għalih waħdu, issa jinsab lura mal-kumplament taċ-ċinji. 

    BirdLife kienet fuq il-post mill-ewwel ġurnata li waslu ċ-ċinji u kienet sodisfatta ħafna bl-azzjoni immedjata li ttieħdet mill-Wild Birds Regulation Unit (WBRU), mid-Dipartiment tal-Veterinary Regulation fi ħdan il-Ministeru għall- Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, u mill-Pulizija ta’ Għawdex biex tkun imħarsa s-sigurtàa’ dawn l-għasafar mingħajr ma l-pubbliku jiġi mċaħħad fl-ebda ħin milli jgawdi dawn l-għasafar. 

    Bħala parti mill-BirdLife International – li hija l-akbar sħubija ambjentali internazzjonali fid-dinja – f’ċirkostanzi bħal dawn BirdLife Malta tinsab f’pożizzjoni li tikseb għajnuna immedjata u professjonali. Fid-dawl ta’ dan, qalet li hi dejjem lesta biex tikkollabora ma’ kulħadd, inkluż mal-kaċċaturi, u biex tassisti lill-awtoritajiet. 

    Min-naħa tagħha, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK) fil-jiem li għaddew allegat li l-BirdLife qiegħda timpedixxi dħul ħieles fir-riżervi tal-għasafar mmaniġġati minnha, u dan minkejja li l-awtoritajiet tal-‘Wild Birds Regulation Unit’ u d-Direttorat tar-Regolarizzazzjoni Veterinarja ddeċidew li jagħlqu ż-żona għall-pubbliku f’Marsalforn.

    Żiedet tgħud li wara li waslu ċ-ċinji, il-membri tal-BirdLife għamlu erbat ijiem ma jidhrux. Iżda mbagħad minkejja dan, skont l-FKNK, il-membri tal-BirdLife qalu li ħadd ma għandu jagħti ikel liċ-Ċinji, għax hekk qalulhom l-esperti barranin. “Il-verità hi, li l-BirdLife Malta ma felħuiex li ma nqala’ ebda inċident kif kienu qed jistennew” qalet l-FKNK, filwaqt li rringrazjat lill-membri kaċċaturi u nassaba tagħha, li ilhom jimmoniterjaw iċ-ċinji sa mill-wasla tagħhom nhar il-Ħadd. Faħħret ukoll il-kuraġġ ta' kaċċatur żagħżugħ li salva l-ħajja ta' adult miċ-ċinji meta dan tar f'għadira oħra u ġie attakat minn papra 'Muschovy'.

    Ritratti: Kaċċatur Għawdxi jgħin fil-proċess tal-għoti tal-ikel minn voluntieri ta’ BirdLife Malta. 

     

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0