Titħabbar il-mewt ta' żewġ personalitajiet magħrufa

  • Jan 11, 2017 09:00
  • Miktub minn iNews

    Matul il-ġurnata tal-bieraħ tħabbret il-mewt ta' żewġ personalitajiet magħrufa, il-preżentatur Rennie Vella u l-ambjentalist, ġurnalist sportiv u atleta Lino Bugeja. 

    Rennie Vella miet fl-età ta' 56 sena, wara li kien ilu għal diversi snin jbati minn marda. Vella kien ilu sa mill-2003 jippreżenta programmi fuq l-istazzjon ONE flimkien ma' martu Paulanne. Vella kien magħruf bħala bniedem reliġjuż u kien iħobb jgħin lil proxxmu. Huwa kien involut fil-filantropija u għal f'xi okkażjonijiet organizza attivitajiet għal dawk li jbatu mill-marda tal-kanċer tas-sider. 

    Kienu ħafna dawk il-preżentaturi li sellmu l-memorja ta' Vella fosthom Claire Agius Ordway, li ddeskrievietu bħala bniedem ċajtier. Sellmu l-memora tiegħu ukoll Svetlana Muscat li għal ħafna żmien ħadmet miegħu fil-qrib bħala preżentatriċi u anke l-Kap Eżekuttiv ta' One Jason Micallef li ddeskriva lil Vella bħala bniedem li jinissel ferħ. 

    Matul il-jum tal-bieraħ ukoll, tħabbret il-mewt ta' Lino Bugeja fl-età ta' 86 sena. Bugeja, missier żewġt itfal, Bugeja kien għalliem, atleta, footballer, coach, ġurnalist sport u kellu mħabba kbira għall-ambjent. 

    Filfatt huwa kien l-ewwel atleta li rrapreżenta lill-pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran fis-snin ħamsin. Huwa kien ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-kumitat Olimpimku Malti bejn l-1972 u l-1980, apparti li kien l-ewwel direttur tal-Akkademja Olimpika Maltija. Huwa ddaħħal fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpliku Malti fl-2008.

    Fis-sena 2005 Bugeja għaqad l-imħabba tiegħu tal-ambjent u l-isports u waqqaf ir-Ramblers Assocation of Malta. Fl-2013 huwa kien onorat għas-servizz li offra lill-pajjiż permezz ta' midalja għall-Qadi tar-Repubblika. 

    Fost dawk li sellmu l-memorja ta' Bugeja kien hemm is-Segretarju Parlaemtnari għar-Riċerka u l-Isport Chris Agius. Permezz ta' stqarrija, is-Segretarju Parlamentari Agius, flimkien maċ-Ċermen, il-Kap Eżekuttiv u l-bord tad-Diretturi  tas-Segretarjat u ta' Sport Malta, wasslu l-kondoljanzi għat-telfa ta' Bugeja.

    Ma setgħax jonqos li anke l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IGM) isellem ukoll il-memorja ta' Lino Bugeja. Fi kliem l-IGM, Bugeja spikka fis-servizz u l-kontribut li qawwi li ta lill-profesjsoni tal-ġurnaliżmu, b'mod partikolari l-kitbiet analitiċi tiegħu fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura, l-isports u l-ħarsien tal-ambjent.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0