Bioloġisti lokali jsibu ħuta “ġdida” fl-ibħra lokali

  • Jan 11, 2017 14:43
  • Miktub minn iNews

    Il-Grupp ta' Konservazzjoni Bioloġika tal-Università ta' Malta (CBRG-UoM) immexxi minn bioloġista ta' konservazzjoni Adriana Vella, skopra l-ħuta msejħa “Squirrelfish” (mafrufa xjentifikament bhala Holocentrus adscensionis) fil-baħar Mediterran. 

    Dan kien riżultat ieħor ta' riċerka bla heda li qed issir dwar il-biodiversità fil-baħar Malti minn dan il-grupp. Din is-sejba ġiet irreġistrata fuq ġurnal akkademiku. Fl-istess waqt, riċerka oħra interessanti xjentifika fuq speċi oħra ta' ħut ukoll gew ippreżentata f'konferenzi u workshop internazzjonali li kienu jitrattaw Groupers.

    F'din ir-ricerka qed tintefa attenzjoni partikolari fuq speċi ta' ħut lokali, b'mod partikolari reef fish, li jinsabu mhedda minħabba bidla fl-ambjent marittimu. Fost dawn il-bidliet hemm invażjoni ta' ħut fosthom dan il squirrelfish, li normalment jgħammar fl-Oċean Atlantiku. 

    Il-konservazzjoni Bioloġika tuża għodod varji ta' riċerka biex tifhem l-istatus tal-popolazzjoni tal-ħlejjaq li jgħixu fil-baħar tagħna u l-abitat tagħhom. L-għarfien li jinkiseb minn tali riċerka huwa utli biex jiġi mtejjeb l-immaniġjar tar-riżorsi naturali u tiġi salvagwardjata l-biodiversità. 

    Il-CBRG-UoM skopriet għadd ta' speċi ġodda fl-ibħra Maltin, fosthom il-Cocoa Damselfish, Dory Snapper, Indo-Pacific Sergeant, Sergeant Major, Niger Hind, Lionfish u Monrovia Surgeonfish, fost l-oħrajn.

    Fl-istess waqt, dan il-grupp ta' riċerka jgħamel investigazzjoni ġenetika fuq id-DNA ta' dawn l-ispeċi u mijjiet ta’ speci ohrajn. Din ir-riċerka kollha kienet possibbli bl-apoġġ ta' entitajiet varji fosthom l-Univerista ta' Malta, il-Ministeru tal-Edukazzjoni , għadd ta' sajjieda, is-sezzjoni marittima fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-għaqda BICREF.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook